- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Valletta Mapei jirbħu L-MVA Super Cup

Posted By Sportinmalta On October 22, 2013 @ 10:04 am In Featured,Volleyball | No Comments

Valletta Mapei vs Fleur de Lys Office Group:

3-1 (25-27, 26-24, 25-19, 25-21)

Valletta Mapei irritornaw ghal rebh ta unur wara stagun dizappuntanti fejn ghelbu l-isfida ta Fleur de Lys Office Group bil-puntegg ta 3-1. Ghal-Fleur de Lys office Group inhass ferm in-nuqqas tal-player Taljan Valerio Savio li ma kienx eligibli minhabba  ic-certifikat ta’ trasferiment tieghu . Regola gdida li applikat l-assocjazzjoni Maltija tal-volleyball li giet imposta min FIVB li hi l-ghola awtorita tal-volleyball mondjali.

Il-loghba bdiet mil-ewwel b’ritmu tajjeb fejn iz-zewg timijiet bdew igibu punt wara punt. F’ dan l-ewwel set spikkaw il-Belgjan ta’ Fleur De Lys Maerten Haegdorens  bl-attakki b’ sahhitom tieghu  u bis-services tal-Franciz Louis Reynaud li ghenuhom jaghmlu rimonta min 20-24 u rebhu is-set 26-24.

Fit-tieni set il-loghba kompliet tizvolgi bilancjata pero bil-kuntrarju ta l-ewwel set din id-darba it-tim tal-belt irnexxielom jdawru is-set favurihom  wara li kienu 24-22 min taht. Hawnhekk l-esperjenja  fil- blokk ta Jonathan Chetcuti u bl-attakki ta Robert Balzan ghenuhom jerghu jidhlu fil-loghba.

Fit-tielet u ir-raba is-set Valletta ziedu fir-ritmu taghom waqt li Fleur de Lys tilfu xi ftit mil-grinta inizjali u b’ services tajbin ta David Caruana u b’ loghob imqassam tajjeb min  setter Josef Pirotta  lejn Cedric Bondin u Paul Tonna ghenuhom jirbhu l-ewwel unur stagonali.

Wara l-loghba Branco Vlahovic,  president tal-assocjazzjoni Maltija tal-Volleyball ipprezenta it-tazza lil kaptan ta’ Valletta Mapei Jonathan Chetcuti.

 

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/valletta-mapei-jirbhu-l-mva-super-cup/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.