Valletta lejn il-Fillandja għall-UEFA Futsal Cup

Tuesday, July 12, 2016, 23:09

Gavin Muscat

Wara li aktar kmieni wara nofsinhar ittellgħu l-poloz tar-rawnd prelimiari tal-UEFA Futsal Cup, Malta se tkun rappreżentata minn Valletta fi Grupp F. Il-Beltin se jilagħbu fl-istess grupp mat-tim ospitanti Finlandiż ta’ Sievi Futsal, l-Iskoċċiżi ta’ Wattcell u Tbilisi State University tal-Ġeorġja.

Għal Valletta u Wattcell din se tkun l-ewwel esperjenza tagħhom f’kompetizzjoni Ewropea tal-futsal. Min-naħa l-oħra l-Ġeorġjani għandhom lil Jaba Jamburia u lil Gia Nikvashvili li ġew ivvutati bħala l-aqwa gowlkiper u l-aqwa plejer fil-kampjonat lokali rispettivament. Magħhom ukoll hemm David Bobokhidze, eks Hibernians flimkien mal-captain Belti Xavier Saliba.

Sievi Futsal se jkunu f’darhom stess, hekk kif il-futsal fil-Finlandja huwa meqjus bħala t-tielet l-aktar sport milgħub fil-pajjiż.  Il-logħbiet kollha minn Grupp F se jintlagħbu bejn is-16 u l-21 ta’ Awissu li ġej.

 





Leave a comment