Valletta kontra La Florita

Wednesday, July 10, 2013, 13:35

Bi preparament ghall- konfront t`ghada li Valletta ghandhom kontra La Florita validu mill-ewwel round it-tieni leg ta`kwalifikazzjoni tal-Uefa Ewropa League, Valletta organizzaw konferenza stampa.

Waqt din il-konferenza stampa l-kumitat ta` Valletta qal li jekk il- Valletta jikkwalifikaw kif jixtiequ u jistennew li jsir anki wara li l-Gimgha l-ohra Valletta kienu diga rebhu bl-iskor ta`3-0 gewwa San Marino, Valletta hejjew match programm b`ritratti ta` Gilbert Agius li ser ikunu qed jinbieghu lil partitarji Beltin bil-qliegh taghhom ser imur ghal Puttinu cares. Waqt din il-loghba fuq il-flok tal-Belt ser ikun hemm ukoll il-logo ta` Puttini cares.

Mistieden ghall-din il-konferenza kien hemm ukoll Dr.Calvania li irringrazzja lil Valletta ghal din l-inizjattiva.

Il-kumitat tal-Belt jixtieq li jfakkar lil partitarji biex ma jitfghux oggetti fil-ground jew ikantaw kant razzist minhabba l-fatt li jekk isir dan il- club Belti jehel multa mill-Uefa ta` xejn inqas minn 50,000 euro.

Nixtieq ukoll niehu l-okkazzjoni biex nawgura lil clubs Maltin kull success fil-loghbiet Ewropej.





Leave a comment