Arriva Arriva …. Jaslu żewġ goals għall-Valletta FC!

Tuesday, July 12, 2011, 18:32

minn Catherine Micallef  live mill-Hibs Stadium.

Skor: Valletta FC 2 – FK Ekranas 3

FK Ekranas at the Hibs Stadium
FK Ekranas at the Hibs Stadium

Arriva Arriva … hekk niddeskrivi it-tieni taqsima tal-partita fejn Valletta kienu qegħdin jiġru wara r-riżultat diżastruż li ġie mmaturat fl-ewwel 45 minuta. Wara li l-Beltin marru xejn inqas minn 3 goals minn taħt, dehret kważi impossibli sabiex il-Beltin jaqbdu art b’dan il-bidu falza stikka. Id-doċċa kiesħa tal-ewwel nofs siegħa kellha ftit ilma sħun u ta’ serħan bil-goal ta’ Michael Mifsud li ta’ nifs lill-Beltin li għamlu l-iskor 3-1 qabel il-mistrieħ.

It-tieni taqsima kienet totalment differenti fejn Valletta ħarġu iktar organizzati u fuq l-offensiva probabbilment wara l-ħasla u barka kbira li ta fid-dressing room jesmond Zerafa fejn nassumi li b’kull probabilta kien irrabjat ħafna għal Jamie Pace li fil-fatt ħallih fid-dressing room u daħħal lil Effiong minfloku.

Valletta ħarġu mimlija b’kuraġġ u determinazzjoni li minkejja li kellhom lil Denni Rocha dos Santos u Ramon dos Santos neqsin minħabba injury, kellhom lill-attakkant prolifiku Michael Mifsud li għamel id-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Valletta wara assenza ta’ sena. U x’ritorn! Michael Mifsud kien fl-azzjoni tul id-disgħin minuta, jispikka l-iktar fit-tieni taqsima hekk kif ħataf kull darba l-opportunita li kellu.

L-Ewwel Taqsima:

Iż-żewġ timijiet kienu fuq livell bilanċjat hekk kif Valletta ħarġu fost l-entużjażmu tas-sapport qawwi tal-Beltin li ġew jakkumpanjaw lill-benjamini tagħhom.

8min: Save tajjeb ta’ Andrew Hogg fuq in-naħa tal-lemin tiegħu fuq xutt b’saħħtu bix-xellug ta’ Umeni Uche’ . Din kienet l-ewwel darba li rajna lill-goalkeeper Belti mpenjat f’din l-ewwel taqsima.

15min: Hekk kif il-partita kienet miexja fuq ritmu tajjeb, distrazzjoni fid-difiża Beltija  rat lill-istess Calistus Umeni Uche jagħmilhom 1-0. Valletta FC 0 – FK Ekranas 1.

16min: Azzjoni tajba minn Mifsud li pprova l-lob tiegħu, save faċli tal-Gowlkiper avversarju.

21 min: Save ta’ Andrew Hogg għat-tieni darba fuq l-ewwel lasta fuq xutt ta’ Radavicius.

21 min: Sekondi biss wara, loose ball mill-corner mogħti minn Radavicius hekk kif il-captain Daimius Glevackas għamilhom 2-0. Valletta FC 0 – FK Ekranas 2.

30min: Ċans kbir għal Gilbert Agius li jnaqqas id-distakk il-lob tiegħu għoli.

39min: Żball kbir ta’ Jamie Pace quddiem id-difiża u Jonathan Caruana kellu jiffawlja fil-kaxxa lil Umeni Uche. Ir-referi jsaffar penalty li jinkariga ruħu minnu Radavicius. Valletta FC 0 – FK Ekranas 3

42min: Michel Mifsud jagħmilhom 3-1 bil-half volley tiegħu  u jagħti nifs lill-Beltin.

It-Tieni Taqsima:

Valletta joħorġu fuq l-offensiva hekk kif riedu jirkupraw biex forsi għallinqas jitnaqqas id-distakk tal-goals. Valletta f’din it-taqsima lagħbu b’żewġ attakkanti puri – Effiong u Mifsud, b’Gilbert Agius u Barbosa iktar offensivi.

66min: Ċans kbir għal Michael Mifsud li jagħmel id-doppjetta personali tiegħu hekk kif jipporva jillobbja l-ballun iżda jilqa’ bla ebda diffikulta l-gowlkiper Zubas.

85min: Valletta mċaħħdin minn goal ieħor hekk kif xutt ta’ Michel Mifsud jaħbat mal-mimduda. Ftit sekondi wara, Mifsud jerġa’ jipprova iżda l-gowlkiper avversaru jilqa’ bla ebda problema.

88min: Ċans għal FK Ekranas li jagħmluhom 4-1 hekk kif Valletta kienu kkonċentrati fuq l-attakk.

90min: Handsball ta’ Joksas u r-referi jsaffar penalty. Barbosa jinkariga ruħu mill-penalty u jagħmilhom 3-2! Valletta FC 2 – FK Ekranas 3

Valletta FC: A. Hogg, E. Agius, S. Borg, G. Agius, J. Pace (A.Effiong 46min), R. Briffa, J. Caruana, W. Barbosa, R. Fenech (K.Sammut), I. Azzopardi, M.Mifsud.

FK Ekranas: E. Zubas, A. Joksas, D. Glevaskas, I. Dedura, D.Matovic, A. Kucys, M.Alonso (A. Velicka), M. Andyelkovic, R. Radavicius (M. Skimderis), C. Umeni Uchenna (T. Markevicius), A. Vertelis.

Karti Sofor:  I.Dedura (30min), D. Glevechas (38min), J. Caruana (40min),R. Briffa (50min), Joksas (90min) Matovic (91min)

Referi: Pavle Radovanovic

Skorers: Calistus Umeni Uche (E), Daimius Glevackas (E), Radavicius (E), Mifsud (V), Barbosa (V)

sportinmalta.com Plejer tal-partita: Michael Mifsud

Attendenza: 1560





Leave a comment