Valletta jeghlbu lil Marsaxlokk u jitilghu fl-ewwel post

Thursday, July 18, 2013, 13:09

Valletta United ghelbu lil Marsaxlokk ASC 13-9 u telghu fl-ewwel post tal-klassifika meta issa huma ghandhom 15-il punt minn 6 partiti. Fl-ewwel sessjoni Marsaxlokk bdew tajjeb u rebhu 3-1, waqt li fit-tieni sessjoni Valletta ghamlu reazzjoni u rebhu 5-2. Fit-tielet sessjoni regghu kienu Valletta United li rebhu 3-2. Bir-raba u l-ahhar sessjoni terga tara lil Valletta li johorgu rebbieha 4-2. L-aqwa skorers ghall-Valletta United kienu Clint Debono u Djorge Filipovic, waqt li l-aqwa skorer ghal Marsaxlokk kien Kurt Mock bi 3 goals.





Leave a comment