Valletta hadu dak li riedu

Sunday, September 1, 2013, 11:44
Minn Stephen Azzopardi
Valletta riedu rebha kbira biex ifittxu jinsew it-telfa li garrbu l-gimgha l-ohra kontra Hibernians.  Il-Beltin ma ghadux jiddejqu mill-Furjanizi li ghadhom qed isofru l-pjaga tal-punti mnaqqsin.

Fit-18 -il minuta Ian Zammit ipprova jiftah l-iskor ghal Valletta.  Fis-26 minuta Shaun Bajada kellu jiehu post Yessous Camilleri ghal Valletta, wara li dan tal-ahhar wegga f’impatt ma Sean Mintoff.
Fit-32 minuta Floriana kellhom cans li jifthu skor li gie mohli minn Daniel Bogdanovic.  It-twegiba ta’ Valletta fl-40 minuta b’xut ta’ Shaun Bajada li ghadda gholi. Fil-45 minuta Ian Zammit gheleb lil Mintoff b’daqqa ta ras u tefa’ lill-Beltin f’dilirju ta’ ferh.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Floriana bidlu lil Daniel Bogdanovic ma’ Christian Caruana.  Fl-54 minuta daqqa ta’ ras ta’ Aziz Corr Nyang u Gary Muir qala’ l-ballun ezatt minn fuq il-linja.  Minuta biss wara Nyang ghamilhom 2-0 ghal Valletta.  Nyang baqa’ gej ghaliex mill-ewwel ipprova jerga’ jiskurja meta l-ballun llobjat tieghu geghel lil Mintoff jitfa f’corner.
Fit-62 minuta Brooke Farrugia dahal minflok Diogo Pinheiro De Souza.  Fit-63 minuta xut interessanti ta’ Abdelkarim Nafti ghadda barra.  Fid-69 minuta Nyang b’gest akrobatiku ra l-ballun tieghu li ghadda barra.  Wara din l-azzjoni Jonathan Caruana ha post Ian Zammit fost ic-capcip tal-partitarji Beltin
Fl-ahhar kwarta ddebuta ghal Valletta Romulo Marques Antoneli li ha post Nyang.  Fis-77 minuta Luke Dimech ta ballun tajjeb lejn Antonelli u bla problemi tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fid-79 minuta ntemmet il-loghba ghal Igor Coronado li minflokhu dahal Luca Casha.  Floriana ghalqu din il-loghba meta fit-83 minuta cans ta’ Caruana ghadda gholi.




Leave a comment