Valletta fil-poloz tat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa League

Friday, July 19, 2013, 18:33

minn Stephen Azzopardi

Fis-siegħa ta’ wara nofsinhar, kien imiss il-poloz tal-kompetizzjoni Europa League.  Valletta għadhom fiċ-ċans meta fl-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ din il-kompetizzjoni spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra FC Minsk tal-Belarus.  F’każ li Valletta jgħaddu għar-rawnd li jmiss, jilgħabu kontra t-tim Norveġiż ta’ Rosenborg BK jew it-tim Skoċċiż ta’ St. Johnstone F.C.  Rosenborg BK huwa t-tim Norveġiż li l-aktar li ħa sehem f’kompetizzjonijiet tal-UEFA.  St. Johnstone F.C. huwa tim inqas kwotat għaliex għal bosta snin tela’ u niżel fl-ogħla żewġ diviżjonijiet tal-kampjonat Skoċċiż.

 




Leave a comment