Valletta FC – FK Partizan Belgrade test diffiċli għat-tim Belti

Wednesday, July 11, 2012, 21:14

minn Andre’ Xuereb
  Wara li fit-tieni leg tal-ewwel round tal-Uefa Champions League it-tim Belti għeleb lit-tim ta’ Lusitonas bl-iskor ta’ 1-0 , it-tim Belti ikkwalifika b’aggregate ta’ 9-0 u issa ser jiffaċjaw fit-Tieni Round tal-Kompetizzjoni lil FK Partizan Belgrade, iċ-champions tas-Serbja.

FK Partizan Belgrade bdew il-Pre Season tagħhom fil-11 ta’ Ġunju fejn it-tim kollu vjaġġa  sal-Muntanji Tara (muntanji li jinsabu fil-Punent tas-Serbja) fejn huma kellhom trejning intensiv għal-aħħar.Wara ġimgħatejn it-tim irritorna Belgrade fejn immedjatament beda jipprepara għat-trejning camp li kellhom skedat f’Pohorje fl-Slovenija.Fit-29 ta’Ġunju Partizan Belgrade wasslu l-Slovenija fejn minnufih komplew jintensifikaw it-taħriġ tagħhom u anke kellhom iċ-ċans li jippruvaw xi skemi .

Fl-Slovenija FK Partizan lagħbu diversi logħbiet ta’ ħbiberija fejn għalkemm ma kkonvinċew xejn fil-logħbiet kontra Aluminij Kidricevo (tim li jimmilita fil-lig Sloven) u kontra SC Wiener Neustadt (tim li jilgħab fil-lig tal-Awstrija) huma ddominaw tul id-disgħin minuta fit-tielet logħba ta’ ħbiberija kontra TSV Pöllau fejn rebħu bl-iskor ta 3-0 . Wara l-logħba eċċezzjonali li kellhom kontra TSV Pöllau , FK Partizan reġa kellhom żewġ partiti fqar kontra Zarja FC f’rebħa minima ta’ 1-0 u draw ta’ 2-2 kontra Videton FC tal-Ungerija.

Fis-sitt logħba ta’ ħbiberija FK Partizan rnexxilhom idawru telfa f’rebħa kontra Sturm Graz , kruċjali għalihom f’din il-logħba kienu Saša Marković u Zabiaa iżda Lokomotiv Moscow tar-Russja kienu tim wisq bsaħħtu għal-Partizan b’dawn tal-aħħar isofru telfa ta’ 2-0 fis-seba’ logħba ta’ ħbiberija fl-Slovenija.

Il-Kowċ ta’ Partizan Belgrade Vladimir Vermezovic kellu ċ-ċans li tul dan l-aħħar xahar u nofs isaħħaħ it-tim , Partizan iffirmaw lil Branko Pauljevic mingħand Hajduk Kula ,Stefan Scepovic li għalkemm għad għandu biss 22 sena diġa kellu esperjenzi fil-Belġju , fl-Italja ma Sampdoria FC u anke ma Hapoel Acre fl-Isreal fejn ma dan it-tim irnexxilu jiskurja 13 -il goal u lil Filip Knezevic mingħand Borac Cacak , apparti minn dawn it-trasferimenti , xejn anqas minn 7 players mill-Youths ta’ FK Partizan ingħataw kuntratt professjonali mat-tim.

Bla ebda dubju fit-tim ta’ Vermezovic ser ikun hemm preżenti il-midfielder intelliġenti ta’ 34 sena Sasa Ilic li ser ikun qiegħed imexxi il- (4-3-1-2) li propabilment ser jippreżenta Vermezovic nħar it-Tlieta. Tim mimli plejers ta’ eta’ żgħira iżda ta’ kapaċita’ impressjonanti.

Wara il-wirjiet tal-Euro Challenge Cup u ż-żewġ legs kontra Lusitonas FC deher biċ-ċar li it-tim Belti huwa tim deċiż li fis-17 ta’ Lulju jagħti sfida denja lil FK Partizan , f’dawn il-ħames logħbiet li lagħbu L-Valletta kien letali quddiem il-lasta , Mark Miller ħa jkun qed jittama li l-plejers tiegħu kontra Partizan jiffinaliżżaw l-okażżjonijiet ta’ gowl li jiġuhom.

 





6 Comments

  1. GENIO MICALLEF says:

    JIEN GENIO MISSIER MANO,QED NIKTEB LIL DAK IL P…A BLA B..D LI KITEB F ISMI BIEX JINSULENTA LIL VALLETTA.MIN HU QED NEVZAH MIN HAWN,LI JEKK INSIR NAF MIN HU ( LI NSIR NAF ZGUR )LI SA PATTI QARES TAGHHA DIN,HU MIN HU.

    [Reply]

  2. SUPER CITY says:

    mela ghadek mal furjana genio? sentejn ilu mal hamrun kont,issa mal mosta sejjer ux ?:))

    [Reply]

  3. Valletta Only says:

    @Genio
                 is soltu taghkom b xi haga hekk tridu tifirhu ara kemm intom imxenqa u laqa. Morru sewwu ix xbieki li qlajtu tuzzana fijom, dahhaqtu Malta nies. U igbru xi haga ghax qas 1200 euro m ghandu il club. Team fallut u spiccut minghajr coach , minghajr flus u minghajr players u minghajr supporters fil ground (forsi jkun em mitt ruh , todom fuq subajk).  Vera is supporters wara it team qeghdin ghax anqas ikla fniek ma kontu aqadtu ftit tax xhur ilu.   DEJJEM BIEX INFAKKREK 20 SENA MINGHAJR LEAGUE . 20 SENA TA MUX CAJTA 20 SENA.

    [Reply]

  4. belti says:

    @genio ahjar minnkom zgur li ha mmorru ghax twaqqaw futbol malti ghac-cajt imma issa baqalkom biex tergaw tidhlu.ghan tas-seaspn huwa nirbhu league u tazzi li baqa imbad jekk nghaddu bonus nafu li se nilabu ma team qawwi

    [Reply]

  5. Genio Floriana says:

    Forza Partizan!!! Ejja ha llesuwom u tfottulom l objettiv tas season tahhom li kief qal l president huwa dak li jaslu iktar mis sena l ohra fic champions league

    [Reply]

    SUPER CITY Reply:

    intom forsi tarawna ninqalaw ma team rinomat fl europa ta genio ,imma ahna emm ha nkuni narawkom tiehdu damdim kollu live.u xkanati ghall 1st div.

    [Reply]

Leave a comment