Valletta eliminati wara biss erba’ minuti

Tuesday, July 19, 2011, 20:12

minn Sandro Micallef

UEFA Champions League 2 Rd ta’ Kwalifikazzjoni it-2 Leg

FK Ekranas 1

Valletta 0

Jesmond Zerafa li minkejja li kellu lil Caruana u lil Briffa neqsin u lil Dos Santos mhux fl-aħjar kundizzjoni ħalla lil Pace fuq il-bank

Minkejja l-aspettativa kbira li kellu l-klan belti li jagħmilha sat-tielet round tal-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, Valletta sfaw eliminati wara telfa minima ta’ 1-0 iktar kmieni illum kontra ċ-Champions tal-Litwanja FK Ekranas.

Valletta reġgħu kellhom taqsima diżastruża simili għal dik li kellhom il-ġimgħa l-oħra fl-iStadium tal-Hibs. Valletta kellhom lil Jonathan Caruana u Roderick Briffa neqsin minħabba sospensjoni u għaldaqstant il-kowċ Zerafa ma setax jilgħab bl-aħjar formazzjoni. Anke Dos Santos ma bediex il-logħba. Minkejja dan, Valletta ħarġu fuq l-offensiva b’formazzjoni ta’ 4-3-1-2 b’Michael Mifsud jilgħab wara ż-żewġ attakkanti barranin il-Brażiljan William Barbosa u n-Niġerjan li ilu Malta Alfred Effiong.

Waqt il-ogħba li kienet imxandra live fuq TVM u bdiet fis-6pm, kien hemm madwar 250 partitarju belti li għamlu triqithom lejn il-Litwanja bil-ħsieb u bit-tama li jaraw it-team ta’ Victor Sciriha jagħaddi għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni kif kien ħabbar li se jipprova jagħmel fi tmiem l-istaġun li għadda. Imma l-istorja rrepetiet ruħha mill-ġimgħa l-oħra ‘l hawn permezz ta’ bidu diżastruż fejn iċ-Champions Maltin qalgħu il-goal tal-Game Over wara biss erba’ minuti mill-Captain Dedura li b’daqqa ta’ ras minn free kick li għeleb lil Hogg bil-player li skorja suppost kellu jkun immarkat minn Barbosa li ħallieħ  warajħ bil-konsegwenza li deher ikraħ Steve Borg li ma kellux ħtija fil-goal.

B’dan ir-riżultat Valletta riedu jiskorjaw tlett goals sabiex jagħddu u allura kienet impossibbli u mhux ta’ b’xejn il-players beltin lagħbu l-kumplament tal-ewwel taqsima b’rashom baxxuta.

Fit-Tieni taqsima Valletta ħarġu ħafna aħjar u bdew jilgħabu l-ballun kif jafu. Huma kellhom madwar tlett ċansijiet li jiskorjaw u jġibu d-draw imma ma kienx il-każ u b’hekk ġew eliminati b’aggregate ta’ 4-2.

Jesmond Zerafa għażel li jagħti kastig żgħir lil Jamie Pace wara l-logħba xejn tajba tiegħu ġimgħa ilu fejn ħallieħ fuq il-bank u floku lagħab lil Kevin Sammut.

FK Ekranas: E. Zubas, R.Radavicius,  A. Kucys, A. Joksas, I.Dedura, M.Alonso, M.Andjelkovic, U.Umeh, A.Vertilis, G. Tomkevicius, D.Matovic.

Valletta: A.Hogg, I.Azzopardi, S.Borg, R.Fenech. G.Agius, E.Agius, W.Barbosa, D.Falzon, A.Effiong (I.Azzopardi 67min) , K.Sammut (D.Dos Santos 55min), M. Mifsud.

Referee: Augustus Constantin (Rumanija)





2 Comments

  1. VallettaSupporter says:

    @JCIM. Ahna bilfors ghal bejntitna tajbin ghax meta tara gidra bhalek tejd paroli fil vojt ma tamilx kuragg. KURAGG CITY GHANDNA ZMIEN TWIL NITHLU FIC CHAMPIONS LEAGUE U FL-AHHAR MILL-AHHAR NAMLUWA. FORZA VALLETTA CITY

    [Reply]

  2. JCIM says:

    konna diga qed nimmaginaw lill valletta fil-gruppi tac-champions league, izda malajr ghaqilhom halqhom bicca team. inridu nammettu li ahna ghal bejnietna biss tajbin u inutli nonfqu il-flus fi players.

    [Reply]

Leave a comment