Valletta eliminati b’rashom għolja

Wednesday, July 28, 2010, 11:11

minn Josef Galdes

L-aħħar team Malti li daħal fl-azzjoni fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA kienu Valletta fejn għat-tieni sena konsekuttiva baqghu mingħajr megħluba barra minn dahrom, iżda dan l-istaġun kienu ferm iktar sfortunati għaliex inqalgħu bil-goal away li jgħodd doppju, u x`goal kien? Valletta f`żewġ partiti ma qalgħux goal minn azzjoni. Kellu jkun penalty sfortunat li soffrew fl-ewwel minuti fis-Centenary Stadium ftit tal-ġranet ilu. Prosit Valletta!

Imma l-beltin ikkrejaw ċansijiet jew sempliċiment iddefendew?  Minkejja li jien ma rajtx il-partita kien hemm diversi beltin li kienu l-Polonja u tawni ftit informazzjoni dwar il-konfront. Minkejja li l-avversarji tal-Belt attakaw kemm felħu l-beltin kienu kapaċi jiddefendu, iżda mhux biss. Fl-aħħar ħinjiet tal-partita kien hemm xutt sabiħ ta` Gilbert Aguis li kien destinat għal ġewwa iżda l-goalkeeper avversarju salva bi bravura u deher li l-istess goalkeeper weġġa’ f`din l-azzjoni u baqa għal diversi minuti mal-art. Mill-corner suċċessiv kien hemm daqqa ta` ras li dehret li ikkwalifikat lil Belt iżda l-ballun ġie maqlugħ minn fuq il-linja fatali. Sfortuna kbira!!!

Iżda il-Clubs Maltin paxxew lid-dilettanti tal-football lokali li kapaci nilgħabu anki mal-barranin, u li qedgħin fit-triq it-tajba li fis-snin li ġejjien niktbu iktar paġni sbieħ bħal dawn fil-football lokali.





1 Comment

  1. evergreen says:

    Kemm tfahharhom il belt qed najd galdes. mux bhalna lfurjana ghax ma tnizzilniex sahta! ibzax mux se jkollhok xi tajd is season li gej imma ta sijeb

    [Reply]

Leave a comment