Under 11 Gatorade Fun Football Festival – Staġun 2011 – 2012

Friday, December 9, 2011, 15:34

Din il-ġimgħa, l-Youth Football Association, nediet l-Gatorade Under 11 Fun Football Festival għal dan l-istaġun, waqt laqgħa fis-Centenary Ground li għaliha kienu preżenti raprezentanti tal-45  nusery assocjati li ser jipparteċipaw.

Alfred Cacciatolo, Chairman tal-Fun Football Events Board tal-Youth FA, fakkar  li minn din is-sena il-logħob se jintlagħbu skond ir-rekwiziti mitluba miċ-Ċentru Tekniku u li dan se jwassal għal-iktar kwalita.  Is-Segretarju tal-Board, Mario De Battista kompla sabiex spejga r-reġolamenti u li għal-ewwel darba, minn din is-sena se jkun hemm is-servizz mediku għal-logħob ta’ l-Under 11.

 

Is-Segretarju Ġenerali ta’ l-Assoċjazzjoni, Joe Micallef enfasizza li għalkemm dawn huma fun games, il-Youth FA xorta tistenna s-serjeta minn naħa tan-nurseries u li kollox se jkun monitored, bħalma qed jiġri fl-Under 13, fejn fl-aħħar ta’ l-istaġun ser tiġi publikata score-board.

Fr.Hilary Tagliaferro, stqarr li din hija l-‘kompetizzjoni’ favorita tiegħu, propju għaliex tħalli lit-tfal fil-liberta’ li jesprimu lilhom infushom u jieħdu pjaċir jilgħabu l-football mingħajr pressjoni. Il-President tal-Youth FA ħeġġeġ lil-coaches fil-livell tal-grassroots sabiex iħarsu fil-bogħod,  jgħożżu l-prinċipji sodi u d-dixxiplina, pero fl-istess waqt joħolqu ambjent san, fejn it-tfal jieħdu pjeċir jilgħbu l-football.  Fr.Hilary ikkonkluda billi irringrazzja lil-Farsons li permezz tal-Gatorade, għal darb’oħra għoġġbu jisponsorjha dawn l-events.

Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemmid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku, Robert Gatt, Lara Filletti, Brand Manager ta’ Farsons, l-Viċi-President tal-Youth FA, Robert Attard, kif wkoll Maria Mifsud, Deputy General Secretary, Grassroots, Youth Development & Education ta’ l-MFA

Il-Gatorade Under 11 Fun Football Festival se jibda fit-18 ta’ Diċembru, 2011 u jibqa’ għaddej sa l-20 ta’Mejju, 2012, fil-grounds tal-Kalkara, Sliema, Mgarr, Pembroke u Ghaxaq.Il-fixtures ser ikunu uploaded fuq il-website tal-Assoċjazzjoni www.theyouthfa.org.mt matul dawn il-ġranet.

 





Leave a comment