Uffiċjali: Peter Fenech se jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MFA

Monday, June 24, 2013, 12:41

L-Avukat Peter Fenech ħabbar uffiċjalment li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Malta Football Association fil-laqgħa ġenerali annwali tal-MFA fl-20 ta’ Lulju li ġej.

Fenech għażel il-programm ta’ TVM, TVAM sabiex iħabbar il-kandidatura tiegħu għalkemm din l-aħbar kienet ilha tiġri fuq is-social media għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Dr Fenech qal li hu sen jkun qed jaħdem sabiex jieħu l-football lokali fuq dimensjoni oħra u dan b’mentalita’ u filosofija pożittiva.

Hu qal li ddeċida li jikkontesta wara li diversi nies u speċjalment membri tal-kunsill tal-MFA avviċinawħ u imbuttawħ sabiex jikkontesta wara li qalulu li ma kienux kuntenti bis-sitwazzjoni preżenti fl-MFA.

Dr Fenech qal li jiddispjaċiħ li mhux qed jikkompeti fuq l-istess binarju bil-fatt li hu jinsab żvantaġġjat għaliex allega li xi impjegati tal-MFA qedgħin iċemplu lil-kunsilliera tal-MFA u qedgħin jikkampanjaw favur Darmanin Demajo.

Hu żied li hu allarmanti li l-MFA għandha €600,000 imaxijiet fis-sena mal-banek u dejn akkumulattiv ta’ €14 -il miljun sa Awwissu tas-sena l-oħra. Dr Fenech ikkritika l-ammont esaġerat ta’ impjegati li ddaħħlu l-MFA f’dawn l-aħħar snin u dan tella’ l-infieq fuq il-payroll tal-Assoċjazzjoni għal mod inkreddibli ‘l fuq.

Fenech ma qagħdx jogħmodha u qal li ma jaqbel xejn li l-impjegati tal-MFA jikkontestaw għall-karigi eżekuttivi tal-MFA b’referenza diretta għal Chris Bonnet u Ivan Mizzi li huma  l-avukat u l-financial controller tal-MFA li se jikkontestaw għal kariga ta’ Viċi u Teżorier rispettivament.

Waqt l-intervista Dr Fenech qal jikkometti ruħu wkoll li jtemm darba għal dejjem il-kwistjoni bejn l-ex President tal-MFA Joe Mifsud u Norman Darmanin Demajo fejn ta’ ħjiel li se jaħdem biex titranġa s-sitwazzjoni bejniethom darba għal dejjem.

Dr Fenech qal li se jkun qed iħabbar il-programm dettaljat bil-proposti tiegħu fil-jiem li ġejjien.

 





2 Comments

  1. victor cassar says:

    Nixtieq niccara li jien ma ghandi l-ebda konnessjoni mas-Sur Cassar.

    Victor Cassar – Segretarju – Hamrun Spartans F.C.

    [Reply]

  2. Victor Cassar says:

    Dan ma jisthix juri wiccu wara li ghamel tliet snin lanqas hadd rah. Avukat iehor mohhu fih innifsu bil-poter jitlalu ghal rasu. 

    [Reply]

Leave a comment