Bidu għall-UEFA Pro Course ġo Malta

Wednesday, September 9, 2015, 12:32

Il-Malta Football Association tavża li minn dan ix-xahar se jibda l-ewwel UEFA Pro Course tal-kowċing f’pajjiżna. L-MFA ħadmet ħafna biex dan il-kors seta’ jibda jsir f’Malta wkoll.

Għaldaqstant, il-media lokali huma mistiedna biex ikunu preżenti, is-Sibt 12 ta’ Settembru 2015, mit-8.00am sad-9.00am, fis-sala taċ-Ċentru Tekniku, tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo President u Segretarju Ġenerali tal-MFA, flimkien ma’ Dany Ryser mill-UEFA Jira Panel se jindirizzaw lil dawk preżenti.

 

 





Leave a comment