UEFA Regions’ Cup 2012/13

Wednesday, March 7, 2012, 11:25


Il-Malta Football Association tavża li ttellgħu l-poloz tat-tmien edizzjoni tal-UEFA Regions’ Cup 2012/13.

It-tim li se jirrapreżenta lil Malta ttellgħa biex jilgħab fi Grupp 5 kontra l-Latvja, ir-Russja u l-Moldova. Il-partiti minn dan il-Grupp se jintlagħbu kemm f’Malta u f’Għawdex, f’perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2012.

B’kollox f’din il-kompetizzjoni se jieħdu sehem 37 Assoċjazzjoni differenti minn madwar l-Ewropa, bit-tim Malti jibda jilgħab mir-rawnd intermedjarju.

 





Leave a comment