UEFA Grassroots Day 2012

Saturday, May 5, 2012, 13:56

Il-Malta Football Assocation tavża li se torganizza l-UEFA Grassroots Day, l-Erbgħa 16 ta’ Mejju 2012, fit-Training Grounds, f’Ta’ Qali.

L-iskejjel li se jipparteċipaw fl-ewwel sessjonijiet ta’ dan l-avveniment bejn id-9.30am u l-10.30am huma: Sliema Primary, St. Claire College Primary Gżira, St. Francis School Birkirkara, St. Thomas More Fgura Primary B u De La Salle Primary.

It-tieni sessjoni bejn il-11.30am u n-12.30pm se tkun komposta mill-iskejjel ta’ St. Benedict College Zurrieq Primary, St. Margaret College Zabbar u Zebbuġ Primary Schools.

B’kollox mistennija jipparteċipaw iktar minn 400 tifel u tifla.

 

 





Leave a comment