UEFA Futsal Cup: Luxol jibdew bil-kbir

Thursday, August 24, 2017, 17:03

Rebha konvincenti ghal Luxol Futsal fl-ewwel partita fir-Round Preliminari ta’ din l-edizzjoni tal-UEFA Futsal Cup dan wara li f’Linz l-Awstrija l-Erbgha filghaxija huma ghelbu lic-Champions Awstrijaci FC Diamant Linz bl-iskor ta’ 7-1.
Dan mhuwiex l-ikbar skor ghall-klabb Malti barra l-pajjz wara li fl-istess kompetizzjoni l-istagun li ghadda Valletta kienu ghelbu lill-Iskoccizi ta’ Wattcell bl-iskor ta’ 9-3.
Lura ghal din is-serata mill-aqwa fl-Awstrija ghal-Luxol Futsal li wara ftit sekondi marru fil-vantagg mill-Braziljan Rogerio dos Santos.
2-0 ta’ Mark Zammit, biex il-Maltin komplew jiehdu aktar kunfidenza u ghalqu l-ewwel taqsima b’zewg goals ohra skurjati minn Emil Raducu u l-Kroat Nikola Perkovic ghal rizultat ta’ 4-0 sal-mistrieh.
Fit-tieni taqsima Luxol baqghu superjuri u b’goals ta’ Celino Alves, GianCarlo Sammut u d-doppjetta ta’ Perkovic ghamlu l-iskor 7-0 qabel goal ta’ konsolazzjoni fl-ahhar sekondi ghat-team Awstrijak, ghal skor finali f’wirja konvincenti ghac-Champions Maltin f’din l-ewwel harga ghalihom fl-Awstrija, FC Diamant Linz 1, Luxol Futsal 7.
Ghada Luxol Futsal jistghu jersqu lejn kwalifikazzjoni storika b’rebha fuq KMF Shkupi tal-Macedonia, partita li tibda fis-6pm hin ta’ Malta.

 





Leave a comment