Uċuh żgħażagħ u rebħiet kbar fl-ewwel ġurnata

Tuesday, October 4, 2011, 23:38

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD TIENI DIVIZJONI IRGIEL

minn Colin Schembri

Athleta 75
Qormi 39
(23-4)(18-13)(15-6)(19-16)

Athleta ppreżentaw formazzjoni kompletament kompletament mibdula minn dik li l-istaġun li għadda wasslithom sat-tieni post tal-kampjonat. Formazzjoni fejn spikkaw diversi elementi żgħażagħ u coach ġdid Dalibor Miatovic. Qormi kienu qiegħdin jagħmlu r-ritorn tagħhom fil-logħba lokali. Athleta kellhom l-aħjar bidu meta b’baskets ta’ Martin Krastev marru 8-0 minn fuq. Qormi għamlu l-ewwel basket minn Darren Debattista pero’ reġgħu kienu l- Athleta bi break ieħor ta’ 15-2 li għalqu l-ewwel sessjoni. Qormi bdew aħjar fit-tieni perjodu b’run ta’ 6-1 pero’ Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Chris Galea u trippla ta’ Krastev biex daħlu jistrieħu 41-17 minn fuq.
Athleta reġa’ kellhom bidu qawwi wara l-mistrieħ fejn bdew bi break ta’ 11-0 fosthom trippli ta’ Adrian Baldacchino u Krastev. Qormi setgħu iwieġbu biss mill-free-throw line għal skor ta’ 56-23. Fir-raba’ sessjoni reġgħu kienu l- Athleta li bdew l-aħjar biex kabbru l-vantaġġ għal 43 punt 69-26. Qormi għamlu break ta’ 12-0 biex naqqsu d-distakk pero’ kienu għadhom il-bogħod biex Athleta ħadu l-ewwel rebħa bi skor ta’ 75-39

Athleta: C. Galea 11, T. Mifsud Bonnici, A. Baldacchino 12, M. Krastev 27, J. Muscat , D. Xuereb 1, C. Graham 8, M. Tong 6, Z. Borg 6, A. Azzopardi 3.
Qormi: G. Buhagiar 1, L. Saliba 9, K. Vella 2, K. Genovese 8, D. Debattista 2, M. Borg 6, O. Bonnici 8, K. Vella, D. Bugeja 3.
Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Bell Net SN Suns 78
Floriana YTC Travel 30
(17-9)(23-6)(21-8)(17-7)

Bell Net SN Suns bdew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun b’rebħa faċli fuq Floriana YTC Travel 78-30. Suns kellhom xi akkwisti ġodda bħal coach ġdid u Simon Cauchi u se jkunu taħt it-tmexxija ta’ Brian Grech. Floriana li żammew team fit-tieni diviżjoni wara li fl-istaġun li għadda rebħu l-promozzjoni, ppreżentaw skwadra b’ħafna element żagħżugħ. Kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ 7-2 bi trippla ta’ Joe Tanti. Il-vantaġġ reġa’ nbidel darbtejn oħra qabel ma Suns għamlu tlett trippli konsekuttivi u għalqu s-sessjoni 17-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu Suns komplew bl-istess ritmu fejn bdew b’run ta’ 9-1 qabel ma Sean Meachen għamel trippla għal Floriana. Suns reġgħu wieġbu bi break ta’ 14-2 biex fl-intervall kienu 40-15 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni Suns baqgħu juru l-aħjar logħob biex żiedu l-vantaġġ b’diversi baskets ta’ Igor Marjanovic. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Sean Galea u Lauren Pavia għalkemm kienu Suns li għalqu l-perjodu bi break ieħor ta’ 8-2. Suns bdew l-aħħar sessjoni b’run oħra ta’ 11-0 inkluża trippla ta’ Robert Camilleri. Meachen ukoll wieġeb bi trippla għal Floriana pero’ Suns baqgħu jamminstraw il-partita biex finalment ħarġu rebbieħa 78-30.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 10, R. Camilleri 7, H. Agius 13, M. Barberi 6, T. Grech 7, R. Mercieca 9, R. Camilleri 4, S. Cauchi 2, I. Marjanovic 20.
Floriana YTC Travel: M. Sapiano, S. Meachen 14, R. Manicaro, L. Pavia 2, O. Shamala 9, J. Tanti 3, M. Gauchi, S. Galea 2.
Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Mellieħa Tritones 49
Siġġiewi 69
(11-19)(12-15)(13-20)(13-15)

Iż-żewġ timijiet ippreżentaw formazzjoni kważi identika għall-istaġun li għadda. L-uniċi żewġ eċċezjonijiet kienu John Doughty għal Siġġiewi wara karriera twila fl-għola diviżjoni u Aziz Mehmedov għal Mellieħa. Siġġiewi fetħu bi trippla ta’ Clayton Agius u għalkemm Mellieħa ħadu vantaġġ bil-free-throws, Siġġiewi reġgħu marru fuq quddiem bil-baskets ta’ Petar Vulovic. Lejn tmiem is-sessjoni, kien hemm trippla oħra ta’ Agius biex Siġġiewi kienu 19-11 minn fuq. Siġġiewi żiedu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’iktar punti ta’ Vulovic pero’ Matthew Cauchi wieġeb għal Mellieħa li waslu sa 3 punti ‘l bogħod 19-22. Run ta’ 12-4 minn Siġġiewi tathom vantaġġ ta’ 11-il punt fil-half time 34-23.
Wara l-mistrieħ reġgħu kienu Siġġiewi li bdew l-aħjar permezz ta’ Vulovic u Lee Grech b’Oliver Sammut iwieġeb bi trippla għal Mellieħa u kellhom ukoll il-baskets ta’ Joshua Aquilina. L-aħħar minuti tal-perjodu kienu iktar bilanċjati biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin kontinwament. L-istess ħaġa ġrat fl-aħħar perjodu li kien l-iktar wieħed bilanċjat tal-partita. Iż-żewġ coaches taw spazju lil players kollha li kellhom fuq il-bank biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 69-49.

Mellieħa Tritones: J. Sant 2, M. Cauchi 5, A. Mehmedov 8, R. Abela, O. Sammut 13, J. Aquilina 17, M. Camilleri 4, P. Cauchi
Siġġiewi: P. Vulovic 19, JP Antoncic 8, C. Agius 8, J. Doughty, L. Grech 18, A. Borg 11, N. Falzon 1, E. Vella, K. Farrugia 2, G. Agius 2, A. Debattista
Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Miscela D’Oro Mtarfa 39
Starlites 75
(6-23)(2-17)(15-25)(16-10)

L-aħħar żewġ timijiet li ddebuttaw kienu Miscela D’Oro Mtarfa u Starlites. Dawn iż-żewġ timijiet ukoll ppreżentaw diversi żgħażagħ fil-formazzjoni tagħhom. Starlites kellhom bidu tajjeb bl-aħwa Saviour u Robert Bonnici jispikkaw flimkien ma’ Robert Loporto. Huma għamlu l-ewwel 14-il punt tal-partita qabel ma Depiro wieġbu b’sitt punti konsekuttivi. Pero’ reġgħu kienu Starlites jew aħjar Loporto li għalaq is-sessjoni b’9 punti konsekuttivi għal skor ta’ 23-6. It-tieni perjodu kien nettament f’idejn Starlites fejn wara li sofrew l-uniku basket ta’ Depiro għamlu l-kumplament tal-punti, 17 b’kollox u fl-intervall kienu 40-8 minn fuq.
Starlites reġgħu bdew tajjeb wara l-mistrieħ b’run oħra ta’ 14-4. Sean Baldacchino wieġeb bi trippla għal Depiro pero’ Starlites komplew jagħfsu b’iktar punti minn Loporto biex għalqu l-perjodu b’vantaġġ ta’ 42 punt 65-23. L-aħħar perjodu kien l-aħjar wieħed ta’ Depiro fejn iż-żgħażagħ Darryl Schembri u Jonathan Camilleri għamlu diversi punti biex huma naqqsu xi ftit l-iżvantaġġ biex Starlites rebħu l-partita 75-39.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 6, C. Farrugia 2, J. Attard, C. Calleja, D. Schembri 11, J. Camilleri 11, K. Mifsud 6, A. Psaila.
Starlites: S. Bonnici 10, R. Loporto 33, R. Bonnici 18, C.Doublet 8, A. Schembri 2, A. Cutajar, D. Sultana, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 4.
Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.





Leave a comment