U 21 Czech Republic-Malta 4-1… Tasal l-ewwel telfa fil grupp

Sunday, September 6, 2015, 14:54

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella, sofra l-ewwel telfa tal-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni tiegħu meta fit-tielet ħarġa li kellu llejla tilef kontra r-Repubblika Ċeka bi skor ta’ 4-1.

 

 

Iċ-Ċeki ħarġu agressivi ħafna. Mal-ewwel 21 minuta kienu diġa’ skurjaw darbtejn minn Schick fl-10 u fil-21 minuta, iżda l-Maltin daħlu fil-konfront b’gowl skurjat minn Luke Montebello fis-37 minuta.

 

Ftit tal-ħin wara, l-avversarji reġgħu fetħu vantaġġ doppju b’gowl ieħor skurjat minn Cermak fl-40 minuta.

 

Fis-56 minuta, iċ-Ċeki għalqu l-partita b’gowl ieħor ta’ Hruby.

 

Il-formazzjoni tat-tim nazzjonali Malti kienet din:

 

12 Jurgen Borg, 2 Emanuel Briffa, 5 Samir Arab, 6 Daniel Zerafa, 7 Ryan Camenzuli, 9 Luke Montebello, 10 Johan Bezzina (Terence Agius 62), 11 Brandon Muscat (Joseph Mbong 74), 17 Kyle Cesare (Conor Borg), 21 Llywelyn Cremona, 22 Cain Attard

 

Referee – Rahom Hazanov (Azerbaijan)

 

Intant, għal kontra l-Montenegro, Vella se jmur bl-istess skwadra iżda mat-tim ingħaqad Matthew Guillaumier ta’ St Andrews FC.





Leave a comment