Tyrone Demanuele jtemm 15 -il sena esperjenza fil-kumitat ta’ Gżira FC

Thursday, May 31, 2012, 23:45

minn Cristian Muscat

Wara 15 –il sena Tyrone Demanuele ddeċieda li jtemm l-avventura tiegħu fil-kumitat ta’ Gzira United FC u mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet għall-kumitat ġdid li se jkun qed jinħatar fl-AGM li se jsir fit-8 ta’ Ġunju li ġej. Id-deċizjoni hija rrevokabbli u ma milli jidher ma kienitx waħda fali.

Fl-aħħar staġun Demanuele rrealizza li għalkemm il-fatt li wieħed ikollu opinjoni differenti meta jkun qed jifforma parti minn kumitat hija xi ħaġa normali, il-fatt li ċerti membri tal-kumitat ta’ Gzira urew li kellhom xi ħaga personali kontra l-istess Demanuele.. Tyrone Demanuele ħass  li dan l-aħħar kien qed jiġi vittma ta’ ċerti kummenti meta sema’  li kien qed jiltaqa’ ma terzi persuni waqt li kien qed jirrapreżenta lill-kumitat. Demanuele ħass li dan ukoll ma kienx aċċettabbli fil-konfront tiegħu. Meta huwa saqsa għall-għajnuna Demanuele dejjem ġie mgħarraf li l-kumitat ta’ Gżira United FC kellu fiduċja sħiħa fih. Partitarji ta’ Gżira United FC ġew mgħarrfa fuq dak li kien qed jiġi deċiż fil-kumitat ta’ Gzira United FC u min kien qed jiddeċiedi l-andament tal-kumitat. Dan kollu wassal biex Demanuele tilef kull fiduċja li kellu fil-persuni li magħhom kien qiegħed jitratta fil-kumitat ta’ Gżira United FC.

F’kummenti li ta lil dan is-sit Demanuele sostna li l-membri  tal-kumitat ta’ Gżira United FC kienu qed jirreferu għal Demanuela bhala “kollox hu”, u din hija waħda mir-raġunijiet prinċipali għalfejn Demanuele mhux se jerġa’ jikkontesta fil-kumitat ta’ Gżira United FC.  Demanuele afferma li fiż-żmien li kien jagħmel “kollox” hu, dan kien konvenjenti għall-membri l-oħra peress li kien qed iġorr ix-xogħol kollu fuq spallejh, madankollu dan l-istess fatt issa qed jintuża kontra l-istess Demanuele hekk kif qed jiġi mifhum li ried jagħmel ix-xogħol kollu waħdu mingħajr l-għajnuna ta’ ħadd – liema ħaġa sostna Demanuele mhijiex veritjiera.

Demanuele kompla jistqarr li laqgħat mal-plejers ma kienx xogħlu iżda xogħol it-team manager , madankollu Demanuele kien dejjem jigi mistoqsi biex jiltaqa’ huwa in persona mal-plejers u l-kowcis. Ix-xogħol li jinvolvi l-kalendarju annwali tal-klabb seta’ jiġi mwettaq mid-diversi membri tal-kumitat ta’ Gżira United FC iżda ghal darb’ohra x-xogħol kollu involut reġa’ waqa’ fuq l-ispallejn tal-itess Demanuele. Tyrone Demanuele afferma li l-pre match talks fost oħrajn setgħu faċilment isiru mit-team manager jew kowċ iżda għal darb’oħra dawn waqgħu fuq spallejn Demanuele – skond Demanuele il-lista tibqa’ sejra bla waqfien.

Demanuele kompla jgħid lil dan is-sit  li hija ħaġa tal-mistħija kif l-affarijiet kellhom jiġu fi tmiemhom b’dan il-mod. Demanuele stqarr li  se jkompli jissaportja lill-Gzira united FC bis-sħiħ u awguralhom kull suċċess fl-avventura l-ġdida tagħhom fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni. Huwa jemmen li taħt it-tmexxija ta’ Sharlon Pace Gzira United FC mhux se jdumu wisq qabel jilħqu t-tragward u l-ħolma ta’ Demanuele li Gżira United FC jiksbu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier. Tyrone Demanuele jixtieq li fiż-żmien li ġej affarijiet importanti fosthom it-tim ta’ taht id-19 –il sena, in-Nursery kif ukoll il-fażi finzanzjarja b’saħħitha ta’ bħalissa ma jiġux traskurati.

Demanuele kkonkluda l-kummenti li ta lil dan is-sit billi rringrazzja lill-memebri tal-kumitat kollha li ħadem magħhom mal-medda tas-snin, fosthom  l-aħħar kumitat li ħadem fi ħdanu, waqt li awgura lill-kumitat il-ġdid kull suċċess għall-istaġun li ġej 2012/2013.

 





5 Comments

  1. Gubilew tal Fidda. says:

    Nirringrazzja lis Sur Demanuele tas servizz li ta lil klabb f’dawn fl-ahhar 15 il sena. Nawgura lis Sur Demanuele hajja ta mistrieh u aktar kwieta il boghod mil loghba tal football. Grazzi.

    [Reply]

  2. Mourinhio says:

    Nirringrazzjak Tyrone Demanuele tas servizz li tajt, biss jekk ghal argument int terga tbiddel fehmtek u terga tohrog ghal kumitat, hu hsieb u ghamel apologija ta din l-istqarrija, ax mhux sew li waddabt dell ikrah fuq il kumitat kollu. Min ihobb il klabb jara kif jaghmel u jirranga id differenzi li jkollu mhux iwarrab. Differenzi jkun hemm f’kull haga li nghixu kuljum. Min ma jaghmel xejn biss ma jigijx ikkritikat. Nawguralek hajja aktar kwieta u felici Sur Demanuele.

    [Reply]

  3. gzirjan bla xinxili says:

    10q tyrone urejt kemm thobb il klabb ghandek bzonn break ax mux possibbli tamel kollox int u halina man 

    [Reply]

  4. Gzirjan says:

    Tyrone id dicizjoni tieghek tkellimta mal kumitat kollhu qabel ma mort ghall din l-intervista ghax hafna

    qed jghidu li din l-intervista kienet b’hall daqqa ta sikkina f’darom.

    [Reply]

  5. alfred zammit says:

    Tyrone,mhux fair li tirtira bdan il mod.Kieku ma kontx int it team tal Gzira kien ghadu fil qieh ta lahhar divisjoni.Jien miniex la mil Gzira u lanqas insomm mal Gzira ghalavoljia ghandi sympatia ghal Gzira li proprju bnejt mil irgulija ta Tyrone.
    Tyrone naf xigifieri ,,kollox int,, meta laffarijiet mhux sejjrin sew u ,,Kollox int meta l,affarijiet sejjrin tajjeb.
    Issimawni hbieb thaluhx jaharbilkhom ghax jidispjeckhom!
    Ragel irispetat,tal kelma u nemen geniun.
    Good luck with what ever you decide to do Tyrone.

    [Reply]

Leave a comment