Twettqu l-wegħdiet li wiegħed NDD tliet snin ilu?

Saturday, July 20, 2013, 19:50

minn Catherine Micallef.

 

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-lum is-Sibt 20 ta’ Lulju, ġie ppreżentat ir-Rapport Amministrattiv tal-MFA hekk kif preżentat mis-CEO is-Sur Bjorn Vassallo. Vassallo prepara l-lista ta’ proġetti imwegħda fil-programm elettorali tal-2010 u wera liema kienu dawk il-proġetti li twettqu jew qegħdin fil-proċess li jitwettqu.

WEGĦDIET IMWETTQA :

  • Inholoq l-Uffiċju tal-Prosekutur u l-pozizzjoni ta’ Integrity Officer
  • Sar ftehim mal-kumpanija Svizzera Sport Radar u bdew joperaw il-Live Scouts fil-football Malti
  • L-MFA bdiet tirċievi Betting Fraud Detection System Reports
  • MFA tilħaq ftehim mal-Pulizija biex uffiċjali mill-Economic Crime Section  jaħdmu b’mod dirett fuq korruzzjoni fil-football lokali
  • L-MFA Integrity Officer beda jaħdem b’mod dirett mal-Interpol
  • Bdiet koperazzjoni diretti mal-International Centre for Sports Security
  • Saru diversi seminars edukattivi, laqghat ta’ bdil ta’ informazzjoni u bdiet tinħareg Newsletter għall-membri tal-MFA
  • Il-Kunsill tal-MFA joħloq regolamenti ġodda dwar il-Whistleblower
  • Saru laqgħat ma’ rappreżentanti tal-Gvern biex tkun emendata l-Liġi Maltija dwar il-Match-Fixing
  • Total ta’ 15 il-każ investigat mill-Uffiċju tal-prosekutur f’3 snin
  • 9 każijiet ta’ korruzzjoni fil-football konkluzi mill-Board to Adjudicate Charges Relating to Bribery & Illegal Betting minn Lulju 2010

L-MFA qiegħda taħdem biex issaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ Integrita’ u biex toħloq Task-Force bis-sehem tal-Gvern, il-Pulizija u l-Lotteries and Gaming Authority.

  • Robert Gatt ingaġġat Direttur Tekniku biex jimplimenta Riforma estensiva
  • Introdotta skema ġdida fir-rigward tat-taħriġ tat-Tim Nazzjonali A
  • Stabbilita’ relazzjoni tajba ħafna mal-klabbs li għandhom players jitħarrġu mal-iskwadri nazzjonali
  • Introdott Kalendarju għat-taħriġ tat-Timijiet Nazzjonali
  • Inħolqot l-Akkademja għas-subien u għall-bniet fejn il-lum jattendu 100 player taħt is-16-il sena
  • Jitħaddem il-proġett Soldano għal tfal imwielda fl-1997 u 1998
  • Introdotta s-sistema tar-Reġjuni f’format differenti
  • Assikurazzjoni għall-players kollha fl-iskwadri nazzjonali
  • Sponsors kummerċjali għall-iskwadri nazzjonali
  • Total ta’ 33 kors organizzati mill-Coach Education Unit
  • Rati sussidjati għall-korsijiet organizzati mill-Coach Education Unit
  • Organizzati UEFA Grassroots Seminars f’Malta
  • Organizzat Kampjonat 11-a-side għal Kategorija U13 tas-subien
  • Suċċess għall-kampanja Get into Football fil-football femminili
  • Irrduppjaw il-programmi sportivi organizzati mill-MFA bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-iSport
  • Investiment qawwi fil-Klinika Medika u s-servizzi ta’ Fiżjoterapija
  • Ippublikati linji gwida għan-nurseries bl-isem ta’ Developing Grassroots Football
  • Saru emendi mportanti fil-liċenzjar tan-Nurseries lokali u r-reġistrazzjonijiet tal-players
  • Sar program edukattiv li kien jinvolvi l-parteċipazzjoni tat-Timijiet Nazzjonali fl-iskejjel u l-kulleġġi
  • L-MFA kienet attiva’ b’mod kostanti fir-Responsabbilta’ Soċjali permezz ta’ attivitajiet varji
  • Inbnew Kwartieri ġodda għad-Dipartiment tar-Referees
  • Inxtara Equipment ġdid u effiċjenti
  • Saret riforma fil-Match Line-Ups l-Match Reports
  • Numru rekord ta’ uffiċjali fuq il-lista tal-FIFA fid-dixxiplini tal-Football, il-Futsal u l-Beach Socccer
  • Inħolqot l-Akkademja tar-Referees
  • Taħriġ aktar intensifikat b’kowċ professjonali
  • Saru skambji ta’ Referees ma’ bosta pajjiżi fl-Ewropa
  • Introduzzjoni tal-Additional Assistant Referees
  • Parteċipazzjoni kontinwa f’Seminars organizzati mill-FIFA u mill-UEFA
  • Programmi ta’ Edukazzjoni għall-amministraturi fi ħdan is-settur tar-Referees
  • B’kollaborazzjoni mal-MFRA kull sena jsir Training-Camp barra l-pajjiż
  • Reviżjoni fil-miżati tal-uffiċjali 
  • Konferma ta’ Technical Sponsor kull staġun
  • Żieda fir-rata ta’ uffiċjali attivi ta’ 12%

MFA tiffinanzja l-proġetti kapitali u l-interessi fuq is-self

•  MFA tiffinanzja l-venues fejn jintlagħab il-logħob f’tmiem il-ġimgħa

•  MFA tiffinanzja l-miżati tar-Referees

•  MFA tirrinunzja għall-perċentwal ta’ 40% mid-dħul tal-Gate-Money

•  Blalen ta’ kwalita’ għall-Kampjonati Nazzjonali kollha

•  Numru ta’ biljetti għal-logħbiet internazzjonali

•  Assistenza finanzjarja li tkopri l-ispejjeż tat-Testijiet Mediċi għall-Liċenzji tal-UEFA

•  Kuntratti kummerċjali u televiżivi li jirrendu favur il-klabbs u l-assoċjazzjonaijiet membri

•  Assistenza f’forma ta’ sussidju fil-Clinic Cover Scheme

•  Skema ta’ Cash Collateral b’garanziji tal-MFA

•  Introduzzjoni ta’ Web Portal għall-użu tal-Membri

•  Servizz ta’ indirizz elettroniku għal kull Membru.

 

Min-naħa l-oħra, dawn li ġejjin huma PROĠETTI LI QEGĦDIN FIL-PROĊESS LI JITWETTQU:

 

  • Total ta’ 51 f’Regolamenti ġodda jew emendi mill-Kunsill tal-MFA fl-aħħar 3 staġuni
  • Fost l-aktar bidliet importanti fir-Regolamenti kien hemm dawk tal-Liċenzji u l-Financial Fair Play (Rules Governing Member Clubs), il-Competition Rules (Rules Governing Competitions), l-Awards tal-MFA (Awards), l-Eleġġibilta’  tal-Players fil-YFA (Rules Governing Youth Football), id-Doping Charter (Players Registered with Member Clubs, Operative Dispositions & Players’ Agents), Kompożiżżjoni tal-Kampjonati Nazzjonali (Rules Governing Competitions), Regolamenti Dixxiplinarji (Disciplinary Procedures and Sanctions), Deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-MFA (Statute), Testijiet Mediċi (Competition Rules), Whistleblower (Disciplinary Procedures and Sanctions).
  • Tkompli d-diskussjoni dwar il-Player Status Regulations (parameters, salary capping, players barranin) b’draft tiġi ppreżentata fil-bidu tas-sena 2014
  • MFA tilħaq ftehim mal-Pulizija biex uffiċjali mill-Economic Crime Section  jaħdmu b’mod dirett fuq korruzzjoni fil-football lokali
  • Tkompli d-diskussjoni dwar il-format tal-Kampjonat Premier b’deċiżjoni tkun meħuda fil-bidu tas-sena 2014
  • Tkompli d-diskussjoni dwar il-kummerċjaliżazzjoni tal-klabbs tal-football b’draft tiġi ppreżentata fil-bidu tas-sena 2014
  • Tkompli l-ħidma biex l-MFA issaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ Integrita’ u biex toħloq Task-Force bis-sehem tal-Gvern, il-Pulizija u l-Lotteries and Gaming Authority.
  • Tkompli r-Reviżjoni tal-Istatut u r-Regolamenti tal-MFA
  • Upgrades ġenerali fl-iStadium Nazzjonali

•  Bini u mmoderniżżar ta’ 6 Stadiums Reġjonali

•  Total ta’ 30 proġett fuq art tal-Klabbs Membri matul l-aħħar 3 snin

•  Introdotta sistema ta’ Centralized Maintenance

•  Se tiġi ntrodotta sistema ta’ Sinking-Fund

•  Investiment ta’ aktar minn €15-il miljun diretti fil-faċilitajiet sportivi

•  Bidla minn sistemi manwali għal sistemi elettroniċi fis-sistema tat-Ticketing

•  Investiment qawwi fl-infrastruttura taċ-Ċentru Tekniku

•  Kwartieri ġodda għall-YFA

•  Uffiċini ġodda għall-Match Operations

•  Investiment sostanzjali fil-West Stand tal-iStadium Nazzjonali

•  Investiment fil-Pixxina tal-MFA

•  Investiment fis-sistemi tal-Enerġija tal-MFA

•  Ftuħ tal-Millennium Stand  Parking Garage

•  Proġett għall-Panelli Fotovoltajiċi

•  Proġett fil-futur għan-North Stand u għas-South Stand

 





2 Comments

  1. Karmenu Farrugia says:

    Mertu kbir imur ghal Bjorn Vassallo li verament kapaci u jhobb il-football. Prosit u awguri.

    [Reply]

  2. Tyrone Demanuele says:

    Taqta nifsek taqra x-xoghol li sar :)

    [Reply]

Leave a comment