TVM bid-drittijiet televiżivi tan-Nazzjonal A u U21

Wednesday, February 29, 2012, 20:52

Television Malta se jkun qed ixandar il-logħbiet kollha home ta’ Malta fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja FIFA 2014 fil-Brazil wara li l-PBS rebħet id-drittijiet esklussivi għalihom.

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp B mal-Italja, d-Danimarka, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija,u l-Armenja; bil-partiti skedati bejn Settembru li ġej u Ottubru 2013.

Il-ftehim mal-assoċjazzjoni maltija tal-football l-MFA ikopri wkoll il-partiti ta’ ħbiberija tat-team nazzjonali tal-kbar, il-partiti kompetittivi u ta’ ħbiberija tat-team nazzjonali ta’ taħt -il wieħed u għoxrin sena, u t-tournament internazzjonali tax-xitwa.

Barra minn hekk il-PBS għandu d-drittijiet esklussivi għall-kummentarji diretti bir-radju tal-partiti kollha tan-nazzjonali tal-kbar u taż-żgħar.

Il-kap eżekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo wera sodisfazzjon għall-ftehim mal-PBS li qal jgħin lill-pubbliku sportiv malti jgawdi iktar mill-vicin lit-team nazzjonali waqt li jsaħħaħ il-kultura għall-kuluri maltin.

Il-hsieb ta’ TVM min-naħa l-oħra hu li jwassal lit-telespettatur id-dar, esperjenza kompleta ta’ dak li jkun qed jiġri fil-partita; minn qabel il-kick off sa wara t-tisfira finali. Il-ftehim il-ġdid daħal fis-seħħ propju illum bil-partita ta’ ħbiberija Malta – Liechtenstein fl-Istadium nazzjonali Ta’ Qali.





Leave a comment