Turnament ta’ Senglea Nursery jiġbor 900 Ewro għall-Hospice Movemnet

Wednesday, April 27, 2011, 19:51

Il-Ħadd, 3 t’April 2011, ġie organizzat għat-tielet sena konsekuttiva, id-Dylan Bugeja Tournament, minn Senglea Nursery, b’risq il-Hospice Movement.  Il-flus kollha miġbura minn dan it-tournament ġew devoluti lill-Malta Hospice Movement, li toffri għajnuna lill-pazjenti fil-fażi terminali tal-marda tagħhom u tagħti sapport lill-familji ta’ dawn il-pazjenti.

Dan it-tournament sar fil-Grawnd tal-Ponta, l-Isla, u għalih kienu mistiedna n-nurseries kollha ta’ Malta.  Il-logħob ntlagħbu f’tournaments triangulari u timijiet tal-Under 8, Under 11, Under 13 u Under 15 setgħu jieħdu sehem.  Jieħdu sehem f’din il-festa ta’ solidarjetà kien hemm it-timijiet ta’ Senglea, Mtarfa, Vittoriosa, Luxol, San Gwann, Mosta, Safi, St.George’s, Attard u timijiet oħra mħalta.

L-għada, it-Tnejn, 4 t’April 2011, il-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri, f’preżentazzjoni uffiċjali li saret fiċ-Ċentru ta’ Senglea Nursery, filwaqt li rringrazzja lit-timijiet kollha preżenti, tal-parteċipazzjoni tagħhom, ippreżenta s-somma ta’ €900, liċ-Chairman tal-Hospice Movement, it-Tabib Vincent Zammit.  It-Tabib Zammit, irringrazzja lil Senglea Nursery talli organizzaw dan it-tournament u l-ġenerożità murija minnhom u mill-parteċipanti kollha. 

Is-Sur Spiteri kkunkluda billi qal li d-Dylan Bugeja Tournament issa daħal fil-kalendarju ta’ kull sena ta’ Senglea Nursery u jispera li minn sena għal oħra, aktar timijiet jipparteċipaw f’dan it-tournament, għal għan daqsekk solidali u nobbli.





Leave a comment