Tripletta Storika Ghal Fleur De Lys Office Group

Wednesday, May 29, 2013, 14:43
Fleur de Lys Office Group huma ir-rebbieha tal-kampjonat nazzjonali tal-volleyball tal-irgiel wara li il-hadd 12 ta’ Mejju ghelbu lit-tim ta attard 3-0. Fdl Office group kellhom stagun memorabbli fejn irnexxielom jirbhu kull unur fil-volleyball Malti.Dawn huma  il-kampjonat, it tazza Nazzjonali Fr. Panis u anke it-tazza John bugeja.

It-tim ta fdl office group hu mmexxi tajjeb mil-kowc Silvan Gauci.it-tim hu mhallat b nies ta esperjenza bhal Eric Sciberras  Michael Magro Antoine Busuttil u Aristair Borg u dawk zaghzagh bhal David Cutajar, Victor Abela.Gaston Camilleri Mark Duca u Matthew Cumbo. IT-Taljan Valerio Savio,  il-Franciz Louis Reynaud u il-Belgjan Maarten Haegdorens bl-esperjenza internazzjonali li ghandhom ghenom jirbhu dit-tripletta storika

Fl-ahhar tal-loghba Marvic Micallef ghan-nom tal-Assocjazjoni Maltija tal-volleyball fl-assenza tal-presidend Branco Vlahovic, ipprezenta it-tazza lil captain Valerio Savio fost il-briju mil-partitarji numeruzi ta Fdl Office Group.




Leave a comment