Triathlon: Rudolph Agius, Margaret Seguna b’rebħa deċisiva fil-Garmin Ocean Lava Malta 113km Triathlon

Friday, May 26, 2017, 11:47

Kundizzjonijiet iebsin li affettwaw anke atleti ta’ esperjenza kbira.

Kundizzjonijiet iebsa – fiżikament u mentalment, kienu esperjenzati mill-wieħed u ħamsin atleta li ħadu sehem fil-Garmin Ocean Lava 113km Triathlon nhar Ħadd li għadda.

l-Isfida inħasset immedjatament fl-għawma ta’1.9km meta l-atleti kellhom jiġġieldu imbatt ta ‘aktar minn metru ġo bajja normalment protetta. Mill-bidu kien ċar li i-rebbieħ sena ta ‘qabel Rudolph Agius kien se jistabbilixxi ir-ritmu tal-ġurnata, u kien l-ewwel raġel barra mill-ilma f’hin ta’32 minuta u 24 sekonda. Ftit sekondi jisseparawh minn Paul Privitera u Graham Borg li kienu tieni u t-tielet barra mill-ilma.

Barra fuq il-korsa ta’ 90km tar-rota, li fiha tlajja iebsin, il-pożizzjonijiet tal-atletli bejn jinbidlu bejn it-triatleta veteran David Galea u Agius. Għalkemm żammew ma’ xulxin ma kwazi ir-rotta kollha, kien Galea li rreġistra l-aħjar ħin fuq Agius. Joseph Galea daħal wara David Galea u ftit wara daħal fiż-żona ta’ transizzjoni Agius.

Fit-tielet taqsima tat-tellieqa – nofs maratona, Agius u Galea tellqu ras imb’ras u żammew dan il-pass sa kwazi id-dsatax il-kilometru meta Agius żied r-ritmu u bil-mod biegħed ruħu minn Galea biex rebaħ il-Kampjonat Middle Distance, għat-tieni darba konsekuttiva f’hin ta ‘erba’ siegħat, disa u tletin minuta, ħamsa u għerbin sekonda. Galea daħar għoxrin sekonda wara Agius. Fit-tielet post daħal Josef Bonavia.

Fil-Kategorija tan-nisa, l-indikazzjonijiet wrew li Margaret Seguna kellha ċans tajjeb biex tieħu it-tieni kampjonat tagħha għal din is-sena. Seguna kienet il-ħames atleta barra mill-ilma. B’ġirja dritta lejn iż-żona tat-transizzjoni hi ħarġet b’determinazzjoni għal ġol korsa tar-rota fejn hi spiċċat fid-dsatax il-post mill-atletli kollha. Il-prestazzjoni tagħħa rata tibda in-nofs maratona b’distakk sostanzjali fuq l-atleti nisa oħra madankollu Seguna zammet ir-ritmu qawwi sabiex tireġġistra ħin totali ta ‘ħames siegħat, erba u għoxrin minuta u tmien sekondi. Fit-tieni post, l-atleta kemm’xejn ġdida fi-triathlon, Karen Amato tat’wirja tajba. Wara għawma tajba hi tilfet xi postijiet fuq ir-rota iżda ikruprathom fuq il-ġirja sabiex tgħaddi lil-atleta Taljana Alessandra Fior u tieħu it-tieni post.

Riżultati Garmin Ocean Lava Malta 

Irġiel

1st Rudolph Agius

2nd David Galea

3rd Josef Bonavia

Nisa

1st Margaret Seguna

2nd Karen Amato

3rd Alessandra Fior

 

Il-Garmin Ocean Lava Malta Triathlon rat ukoll ħamsa u għoxrin timijiet relay jieħdu sehem. It-timijiet inbdew ħames minuti wara l-atleti li ikkompetew fid-distanza totali. Ta’min jghid li iċ-Champion attwali tat-Triathlon Hannah Pace wriet is-saħħa tagħha meta fit-taqsima tal-għawm hi irreġġistrat l-aħjar ħin tal -ġurnata – wieħed u tletin minuta u għaxar sekondi. Fit- Taqsima tar-rota Malcolm Cachia rreġistra l-aħjar ħin, (02:36:09) filwaqt li fin-nofs maratona kien l-atleta veteran Jonathan Balzan (01:19:54).

Rebbieħa Timijiet Relay

1st Place – Team Q (ProAction) – Andrew Azzopardi (Għawm), Paul Zarb (Rota), Jonathan Balzan (Ġiri)

2nd Place – Team T – Adriano Schembri (Għawm), Malcolm Cachia (Rota), Johan Galea (Ġiri)

3rd Place – Team B (Under Pressure) – Hannah Pace (Għawm), Joseph Cremona (Rota), Mario Agius (Ġiri)

It-tim organizzattiv jirringrażżja numru ta ‘entitajiet li offrew l-appoġġ,l-assistenza u ilkompetenza tagħhom lejn it-tellieqa. Grazzi tmur lejn is-Sur Silvio Scerri u s-Sur Thomas Debono flimkien mal-kollegi tagħhom ta’Transport Malta, l-ispettur Pier Guido Saliba u t-tim tiegħu, kif ukoll uffiċjali mid-distretti tal-Pulizija ta’ Birkirkara u Naxxar, il-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke u in- Naxxar u kif ukoll it-tim, immexxija mis-Sur Kevin Perry mis-Safari Camping Club, is-Sur Euchar Camilleri u t-tim ta ‘Birkirkara Saint Joseph Sports Club u s-Sur Mark Zammit u t-tim Agones SFC.

L-Edizzjoni 2018 tal-Garmin Ocean Lava Malta 113k Triathlon se ssir nhar il-Ħadd 20 Mejju, 2018.





Leave a comment