Triathlon: Rebħa għal Hannah Pace ġewwa Sqallija

Tuesday, May 16, 2017, 21:01

Maria Vella-Galea

Iċ-champion nazzjonali attwali tat-Triathlon Hannah Pace għadha kemm ritornat min Sqallija fejn hi tat prestazzjoni tajba ħafna li rriżultat f’rebħa  fit-tielet tellieqa tas-Serje Sicily Triathlon tal-2017, li saret ġewwa Cefalu. L-istaġun ta’Pace rata tikkompeti prinċipalment fil- Grand Prix F.F.TRI. de Duathlon fi Franza, fejn Pace ittellaq mat-tim Franċiż Brive Limousin Triathlon.

It-tellieqa, li kienet tad-distanza Sprint, bdiet b’għawma bil-wetsuit. Għalkemm din ix-xitwa Pace tat enfasi partikolari lit-tlielaq duathlons, madankollu kellha għawma tajba. Pace kienet it -tielet mara li daħlet fiż-żona tat-transizzjoni, minuta wara l-ewwel mara. Il-kunfidenza li kellha fuq il-rota irriżultat b’Pace tilħaq lit-tieni mara immedjatament, u mat-tielet dawra, mis-sitta meħtieġa, Pace sabet posta fuq quddiem. L-isforz iebes li għamlet Pace fuq ir-rota ma rriżulta f’ebda ostakli fit-taqsima tal-ġirja sabiex tibqa fl-ewwel post u tirbaħ it-tellieqa.

“Din is-sena biddilt l-istruttura tat-taħriġ ġenerali tiegħi, fejn tajt attenzjoni partikolarment lid-duathlons u għadni qeda nadatta għal din il-bidla. Minħabba f’hekk ma kontx ċerta x’kelli nistenna mill-għawma. Din it-tellieqa kienet definittivament bidu tajjeb għall-istaġun li ġej, u issa inkompli nibni it-taħriġ mdawar il-kampjonati Ewropej li se jsiru f’Ġunju u fejn ser inkun qed nikkompeti fid-distanzi Sprint u Standard”, ikkummentat Pace. “Nixtieq nirringrazzja lil Garmin Malta, Go & Fun Malta,  Team Barry Malta International Challenge Marathon u il-Federazzjon tat-Triathlon ta’Malta għall-appoġġ li jgħatuni”

L-atleta, Celine Pace, li għamlet id-debutt tagħha fit-triathlon reċentament,  ħadet sehem ukoll fit-tellieqa u ħadet ewwel post fil-kategorija tal-eta tagħha.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Hannah Pace

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

 





Leave a comment