Triathlon: Fabio Spiteri completes Double Ultra Triathlon in Emsdetten, Germany

Monday, June 12, 2017, 11:13

It-Triathleta Fabio Spiteri llum daħal fil-kotba tal-istorja ta ‘Triathlon f’Malta meta ha sehem u ikkompeta fid-Double Ultra Triathlon f’Emstedden il-Ġermanja. Spiteri stabbilixxa ukoll Rekord Nazzjonali ta’ 26 siegħa, 38 minuta fil-proċess.

Id-Double Ultra Triathlon rat lil-Spiteri jghum 7.6km, 360km  bir-rota u girja ta’ 84.4km. Ir-rotta kienet mifruxa fuq-dawrien qosra li apparti l-isfida fizika, ziedu ukoll l-isfida psikologika.

Spiteri ħareġ ir-raba barra mill-ilma u fuq il-korsa 360km tar-rota Spiteri kien miexi bejn is-sitt u tmien post.

Kien fuq ir-rota meta Spiteri beda jiltaqa ma ftit problemi ta’ nutrizzjoni. L-ikel matul din it-tip ta tellieqa huwa vitali sabiex jinzammu il-livelli ta’ energija mehtiega.

Hekk kif wasal fuq it-tienu u erbghin kilometru fuq ir-rotta tal-giri Spiteri kompla jesperjenza dawn il-problem izda hu kien determinat li jkompli  sa l-ahhar.  Spiteri spicca it-tellieqa fis-sittax il-post minn grupp ta sittin kompetitur.

Spiteri jinghaqad ma’Nicky Farrugia, Charles Demanuele u Kevin Attard bhala l-unici atleti Maltin li koprew din it-distanza tat-triathlon.





Leave a comment