Tre Penne, Lusitanos jew Torshvan għal Valletta FC fil-UCL

Thursday, June 21, 2012, 0:06

L-isfidanti  ta’ Valletta FC fl-ewwel Round tal-Uefa Champions League

minn Andre’ Xuereb
Wara li rebbhu il- 21 kampjonat tagħhom f’ Mejju li għadda , iċ-champions Valletta FC jibdew l-impenji tagħhom fil-kompetizzjoni Ewropea fil-bidu ta’ Lulju.Fil-25 ta’ Ġunju fit-tluħ tal-poloz ser jiġi determinat min ser ikunu l-isfidanti ta’ Valletta , s’issa ġie determinat biss li ser ikunu jew Tre Penne FC ta’ San Marino , Lusitanos FC ta’ Andorra jew B36 Torshavn tal-gzejjer Faroe.

Għal klubb ta’ Tre Penne ser tkun l-ewwel esperjenza fil-Uefa Champions League , madanakollu fl-istaġuni 2010-2011 u 2011-2012 huma hadu sehem fil-Uefa Europa League fejn huma lagħbu kontra HŠK Zrinjski Mostar klubb mill-Bosnja u Ħerzegovina fej inqalaw b’ aggregate 13-3 u sena wara lagħbu kontra FK Rad team li jimmilita fil-lig serb fej soffrew żewg telfiet u inqalaw b’aggregate kbir iehor ta 9-1.Il-Klubb Tre Penne huwa team modest , filfatt ħafna kienu sorprizi kif Tre Penne għelbu l-isfida ta’ Libertas FC u rebħu l-kampjonat tas-San Marino għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. L-plejers li għandhom l-akbar influwenza fit-tim minn San Marino huma l-playmaker ta’ 25 sena Enrico Cibelli u l-attakant ta’ 34 sena Daniele Pignieri.Għalkemm fid-difiża it-tim huma debboli ħafna , t-tim minn San Marino ma jistax jigi sottovalutat speċjalment minn set-pieces li huma bla ebda dubju l-aqwa arma tat- tim.

Wara sfida denja u kampjonat difficli ħafna ,Lusitanos FC rebħu l-kampjonat ta’ pajjizhom ghall-ewwel darba wara li rebhu d-decider kontra UE Santa Coloma 3-2 .Għal dan it-tim ukoll din ser tkun l-ewwel esperjenza fil-Uefa Champions League wara li l-istaguni 2010-2011 u 2011-2012 pparteċipaw fil-Uefa Europa League fejn lagħbu kontra it-tim mill-Maċedonja FK Rabotnički u inqalaw b’aggregate ta 11-0 , sena wara lagħbu kontra t-tim kroat NK Varaždin u inqalaw b’ aggregate ta’ 6-1.It-tim minn Andorra jħobb jilgħab logħba ta’ pusses u xutt mill-bogħod ma jiddejqux jippruvawh.

B36 Torshavn huwa l-aħħar tim li t-tim Belti jista jaffaċċja fl-ewwel round ta’ Kwalifikazzjoni , il-lig tal-Faroe Islands 2012-2013 ilu ħafna li beda u B36 Torshavn diġa lagħbu 11 il-partita u jinsabu fis-6 post b’15 il-punt.Għal dan il-klubb din ser tkun il-ħames esperjenza f’din il-kompetizzjoni , huma rnexxilhom jgħaddu mill-ewwel fażi tal-kompetizzjoni darba biss fis-sena 2006  meta kienu għelbu lit-tim malti Birkirkara FC b’aggegate 5-2.Ma’ dan it-tim dawn l-aħħar sentejn kien qed jilgħab l-eks barrani ta’ Sliema Wanderers FC  Sekou Tidiane Souare iżda dan il-plejer fil-bidu ta’dan l-istaġun tilef postu mat-tim.It-tim mill-gżejjer Faroe huwa tim li xi drabi jbati ħafna meta jiġi biex jiddefendi iżda jaf joħloq azzjonijiet sbieħ ta’ goal , l-attakant tagħhom il-polakk Łukasz Cieślewicz ma jistax jiġi fdat sekonda waħdu l-istaġun li għadda skurja 17 il-goal f’27 logħba.





1 Comment

  1. gii says:

    tre penne, farfalla,spagetti ………..dawn teams/?///?

    [Reply]

Leave a comment