Tournament b’risq il-Hospice Movement

Monday, March 8, 2010, 18:27

Senglea Nursery, għat-tieni sena konsekuttiva se torganizza tournament b’risq il-Hospice Movement. Dan it-tournament se jġib l-isem DYLAN BUGEJA TOURNAMENT. Dan it-tournament issemma għal Dylan, żagħżugħ li kien jagħmel parti minn nursery tal-Isla, li miet is-sena l-oħra. Il-flus kollha miġbura minn dan it-tournament se jmorru għall-Hospice Movement.

Fil-konferenza stampa li saret fiċ-Ċentru ta’ Senglea Nursery, nhar it-Tnejn, 22 ta’ Frar, iċ-Chairperson tal-Hospice Movement, it-Tabib Vincent Zammit, spjega l-għan tal-Hospice Movement, organizazzjoni volontarja li toffri għajnuna lil pazjenti fil-fażi terminali tal-mard tal-kanċer, tal-pulmun, kliewi u qalb.

Il-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri , għadda biex jispjega kif se jintlagħab dan it-tournament filwaqt li saħaq fuq l-importanza li ngħinu lil min hu inqas ixxurtjat minnha u li dan is-sens ta’ ġenerożita` għandha tibda minn eta` żgħira.

Il-Ħadd, 21 ta’ Marzu 2010, in-nurseries se jipparteċipaw f’5 a-side tournament fil-Grawnd tal-Ponta, l-Isla. Dan it-tournament huwa miftuħ għall-plejers ta’ l-Under 8, Under 11, Under 13 u Under 15. Kull tim li jipparteċipa jagħmel dan billi jagħmel donazzjoni ta’ €30 li tmur kollha għall-Hospice Movement.

Nurseries li huma nteressati jipparteċipaw, għandhom jibgħatu l-applikazzjoni sat-Tnejn 15 ta’ Marzu. Għal aktar informazzjoni, ċemplu lill-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri fuq 79373836 jew ibagħtu e-mail lil sengleanursery@hotmail.com.

Il-parteċipazzjoni tagħkom se tgħin lill-Hospice Movement, allura għalfejn ma tipparteċipawx?





Leave a comment