Tony Drago rebaħ it-tielet ranking tournament

Monday, May 6, 2019, 7:20

Quddiem udjenza numeruża, Tony Drago għeleb fil-finali lil Brian Cini 5-1 ġewwa l-akkademja tas-snooker fil-kumpless Maria Assunta, il-Ħamrun. B’hekk rebaħ it-tielet ranking tournament fost erbgħa għall-istagun 2018/2019 organizzati mill-Malta Billiards and Snooker Association.

Kien Cini li rebah l-ewwel u l-unika frame tiegħu f’din il-finali bi brejk ta’ 31 biex imbagħad fit-tieni frame Drago rebaħ dan il-frame b’ vantagg ta’42 punt fuq Cini.  Mit-tielet frame Drago deħer f’forma tajba ħafna bi breaks ta’35 u 34 tefgħuħ fil-vantagg. Fir-raba’ frame Drago beda bi break ta’ 48 u Cini irrisponda bi break ta’ 27 punt, iżda Drago li rebaħ dan il-frame.

Fl-aħħar żewġ frames Drago iddomina il-loghba bi breaks ta’ 69 u ‘clearance’ sabiħ ta’ 77 punt.

Il-punteġġi finali kienu dawn:- (Drago l-ewwel)

28-53,  62-20,  107(35,34)-0,  66(48)-34,  71(69)-2,  121(77)-1.

Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee, is-Sur Maurice Calleja.

B’numru rekord ta’ 59 partecipant, fosthom 4 subien u tifla taħt is-sittax-il sena, Drago wasal fil-finali wara li għeleb lil Isaac Borg 4-0 fil-kwarti tal-finali u lil Duncan Bezzina 4-2 fis-semi-finali. filwaqt li Brian Cini għeleb lil Ivan Attard 4-0 u lil Aaron Busuttil 4-2 fil-kwarti u is-semifinali rispettivament.

L-aħħar ranking tournament għal dan l-istagun jibda fil-5 ta’ Ġunju u jispicca fil-21 ta’ Ġunju. Il-gimgħa id-dieħla jintlaghbu il-fazi finali tal kampjonat Premier biex b’ħekk inkunu nafu min ħu ir-rebbieħ nazzjonali tas-snooker għall dan l’istagun.





Leave a comment