Tony Drago jisfida lid-dilettanti tas-snooker

Thursday, December 8, 2016, 21:01

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali tas-snooker Tony Drago qed jisfida lil dawk li jħobbu din il-logħba biex jilgħab magħhom fil-każini lokali tagħhom il-Ħadd filgħodu. Din l-inizjattiva hi appoġġjata minn Cisk Lager u kull klabb qed jorganizza tornew għall-membri tiegħu. Imbagħad, ir-rebbieħ ta’ kull tornew għandu ċ-ċans jilgħab kontra Tony Drago f’logħba finali mill-aktar eċitanti.

Is-Sur Karl Bondin, Brand Manager Beers, Simonds Farsons Cisk plc, qal li, “Flixkun Cisk mal-ħbieb fil-każin tar-raħal il-Ħadd filgħodu ilu parti mill-ħajja tradizzjonali tal-irħula tagħna għal diversi ġenerazzjonijiet. Logħba snooker u flixkun Cisk saru drawwa sinonima mal-Ħadd filgħodu, u l-possibbiltà li tilgħabha kontra Tony Drago żżid ftit aktar l-interess u d-divertiment lil din it-tradizzjoni.”

Fil-kummenti tiegħu fuq din l-inizjattiva, Tony Drago qal, “Hu pjaċir tiegħi nilgħab kontra dilettanti tas-snooker madwar Malta li, bħali, għandhom din il-logħba għal qalbhom. Qed nieħu gost niltaqa’ u naqsam din l-esperjenza magħhom.”

L-attivita’ se tibqa’ sejra sal-Ħadd, 18 ta’ Diċembru, u t-trofej li se jingħtaw lir-rebbieħa ta’ kull klabb huma sponsorjati minn Cisk Lager.





Leave a comment