Tnejn deheb oħra mill-iSquash fl-aħħar ġurnata
Saturday, June 4, 2011, 16:29Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
Minn Sandro Micallef li qed jirrapporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.
Diane Desira u Brad Hindle Deguara reġgħu telgħu fuq l-ogħla tarġa tal-podju f’Liechtenstein wara li iktar kmieni din il-ġimgħa kienu diġa’ rebħu deheb fit-timijiet. L-Innu Nazzjonali Malti reġa’ indaqq darbtejn fl-iSquash House ta’ Liechtenstein hekk kif kaxkarna il-midalji tad-deheb f’din id-dixxiplina.
Diane Desira ħarget rebbieħa 3-0 bl-iskor f’kull set ikun: (11-3) (11-9) (11-6) u b’hekk rebħet id-deheb. Fil-finali għall-bronż Annabelle Olivieri Munroe tilfet kontra Karasava Hambides 1-3 bl-iscore ikun (6-11) (7-11) (11-8) (2-11).
Brad Hindle Deguara rebaħ id-deheb ukoll kif kienet l-aspettativa fl-individwali tal-irġiel. Fil-finali l-Malti li jilgħab fl-Awstralja bħala player professjonali għeleb lil Sanjay Raval ta’ Cipru 3-0. Is-sets kienu: 11-1, 11-8, 11-4.
Ritratti Roberto Runza www.robertorunza.com
