Tmut il-mara tal-President tal-MFCA

Monday, July 18, 2011, 10:52

Il-Malta Football Association turi s-sobgħa tagħha għall-mewt tas-Sinjura Doris Aquilina, mart Lolly Aquilina, President tal-Malta Football Coaches Association. Is-Sinjura Aquilina tiġi wkoll omm Kevin Aquilina, membru fil-Kumitat tal-istess Assoċjazzjoni.

Doris Aquilina kienet mara li għexhet spalla ma’ spalla ma’ żewġha għas-snin twal li fihom kien ta’ servizz kbir għal diversi klabbs lokali u għall-futbol Malti inġenerali.

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Aquilina f’dan il-mument diffiċli.

Il-Funeral se jsir illum fis-2.30pm fil-Knsija Parrokjali ta’ Sta. Venera.





Leave a comment