Tmintax-il elf mhumiex bizzejjed!

Sunday, July 14, 2013, 12:03

stqarrija ta`Peter Fenech

B’riferenza ghall-artikolu li deher fuq l-ewwel faccata tal-gurnal Maltatoday tal-lum, 14 ta’ Lulju 2013, intitolat ‘Peter Fenech in impossible attempt at MFA presidency’, kif ukoll dak li deher fil-pagni ta’ gewwa tal-istess harga tal-gazzetta intitolat ‘Dede’s supporters play down MFA rival’s transparency credentials’, jiena Dr. Peter Fenech niddikjara li dak hemm ippublikat, b’riferenza ghall-kariga ta’ Vici President li jiena kont nokkupa flMFA bejn l-2007 u 2010, u ghall-investigazzjoni li kelli naghmel meta kont nokkupa lkariga ta’ Chairman tal-Bord ta’ Inkjesta, huwa inveritjier, malafamanti u dannegjanti.

Dan l-artikolu appozitament mahrug fl-ahhar gimgha tal-kampanja ghall-elezzjoni ghall-kariga ta’ President tal-Malta Football Association, li ser nikkontesta nhar is-Sibt li gej, deher meta u sabiex ma jkollix l-opportunita’ ghad-dritt tar-risposta sitt ijiem qabel l-elezzjoni, u kien intiz mhux biex jaghti xi ahbar lill-pubbliku, izda biss sabiex ihammeg ir-reputazzjoni tieghi.

Il-Maltatoday mhix gdida ghall-attakki fuqi , tant li sal-lum gja rbaht tlett libelli kontra taghha u l-MaltaToday giet ikkundannata mill-Qorti thallasni s-somma ta’ tmintax-il elf ewro oltre imghax bhala danni, somma li sa llum ma thallsitx. Jidher li dan l-ammont ta’ danni ghal gurnalizmu malafamanti u danneggjanti mhuwiex bizzejjed ghall-gazzetta Maltatoday, li tibqa’ tippersisti li thammeg ir-reputazzjoni tieghi billi tattribwixxi lili fatti inveritjeri u malafamanti. Il-limitazzjoni fl-ammont ta’ danni permessibbli li wiehed jinghata taht il-Ligi tal-Istampa hija r-raguni ewlenija ghaliex artikoli bhal dawn jibqghu jigu ppublikati. Wasal iz-zmien li dan l-ammont jigi rivedut sabiex l-edituri jippubilkaw biss fatti u ma jithallewx juzaw il-pubblikazzjonijiet taghhom sabiex jattakkaw u jhammgu persuni minghajr ebda bazi.

Minhabba li l-fatti ppubblikati huma inveritjeri, jiena ser nipprezenta zewg libelli ghada filghodu kontra l-gurnal Maltatoday u kontra is-sit elettroniku Maltatoday. Jienaniddikjara li, kif gja ddikjarajt pubblikament fil-gazzetta The Times of Malta tad-9 ta’ Frar 2013,, jiena qatt ma rcievejt ittra minghand Norman Darmanin Demajo sabiex ninvestiga xi allegazzjoni li ried iressaq. Waqt laqgha tal-kunsill tal-MFA, jiena kont sirt naf li s-Segretarju Generali kien ircieva tlett ittri li apparentament, wahda minnhom kienet indirizzata lill-Bord tal-Inkjesti li taghha jiena kont Chairman; biss din l-ittra qatt ma giet la mgharrfa lili u lanqas mghoddija lili u sa llum, ghadni qatt ma rajtha. FilKunsill, kien il-President li semmiha u li ppropona li la darba hemm jew ser jkun hemm libel fil-Qrati dwar dawn l-allegazzjonijiet, din m’ghandiex tigi investigata mill-MFA izda l-investigazzjoni kellha tithalla f’idejn il-Qrati. Il-Kunsill kien qabel ma’ din il-proposta u ghalhekk jiena qatt ma inghatajt access ghal-kontenut ta’ din l-ittra.

Ghandi inzid ukoll li l-Bord tal-Inkjesti ma jistax jaqbad u jinvestiga kull ilment li jircievi ghaliex skont l-artikolu 68(1) tal-Istatut tal-MFA il-Bord jista biss jiftah inkjesta jekk ikun dirett mill-President, jew mill-Ezekuttiv jew mill-Kunsill tal-MFA. Kull kumment iehor huwa superfluwu f’dan l-istadju, ghajr li dan kien attentat iehor biex tigi attakkata l-kredibilita’ tieghi minghajr ebda bazi u biex ssirli hsara fil-kampanja tal-elezzjoni talgimgha d-diehla li qieghed nikkontesta.





1 Comment

  1. Darren Farrugia says:

    Dan missu jisthi juri wiccu mhux jiftah libell. Kellek tinvestiga u ma investigajtx. Pupu ta’ Mifsud.

    [Reply]

Leave a comment