Tmien midalji mill-atletika fl-aħħar ġurnata

Saturday, June 4, 2011, 16:16

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa  

Minn Sandro Micallef li qed jirrapporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports. 

Suċċess kbir fl-Atletika fl-aħħar ġurnata

Suċċess kbir fl-Atletika fl-aħħar ġurnata

 

It-total ta’ tmien midalji fl-aħħar ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ġew mill-atletika għenu lil pajjiżna sabiex jirreġistra l-ikbar suċċess qatt miksub f’dawn il-logħob barra minn xtutna. 

B’total finali ta’ tmien midalji tad-deheb ksirna r-record tal-edizzjoni ta’ Andorra (seba’ deheb) fl-2005 fejn hemm konna ksibna l-iktar riżultat prestiġġjuż wara l-edizzjoni tal-2003 li saret f’Malta. 

Kellna sucċċess kbir mhux biss fl-individwali fl-atletika iżda wkoll fit-timijiet tar-Relays meta konna qisna kopp tal-ħut niġbru midalja wara midalja fl-aħħar finali fil-kumpless tal-atletika ġewwa Shaan. 

It-tlieta deheb tal-lum fl-atletika waslu minn Diane Borg u mit-timijiet  tan-Nisa’  tar-Relay fil-4 x 100 kif ukoll fil-4 x 400. 

Suċċess ukoll għall-Alessandra Pace li rebħet il-Bronż fit-Tripple Jump, Fidda għat-tim tal-Irġiel 4 x 100, Fidda għall-Lisa Bezzina fil-5K, Bronż minn Owen Camilleri fil-200 metru Irġiel, u Fidda mit-tim tal-Irġiel tar-Relay 4 x 400. B’hekk b’dan ir-riżultat it-timijiet tar-Relay urew il-potenzjal tagħhom.  

Riżultati kollha: 

Bronż – Alessandra Pace fit-Triple Jump qabża ta’ 11.84. Din id-distanza kienet irreġistrata fit-tielet qabża tagħha minn sitta wara li qabżet qabel 11.76 u 11.46. Hi ġiet wara żewġ nisa Ċiprijotti u kellha tistenna sal-aħħar biex tkun ikkonfermata l-midalja tagħha għaliex l-Iżlanda talbu li l-Jumper tagħhom taqbeż qabża oħra wara li allegaw li kien hemm żball mill-ġurija. 

Bronż – Owen Camilleri 200 metru Irġiel. Ġera’ f’ħin ta’ 21.90. 

Fidda – 4 x 100 Irġiel f’ħin ta’ 41.72. Għall Malta ġrew Karl Farrugia, Andy Grech, Rachid Chouhal u Owen Camilleri. L-ewwel Ċipru. 

Fidda – 4 x 400 Irġiel f’ħin ta’ 3:15:73. Ġrew għall-Malta Neil Brimmer, Karl Farrugia, James D’Alfonso, Kevin Arthur Moore. L-ewwel Ċipru. 

Fidda – Lisa Marie Bezzina fil-5,000 metru f’ħin ta’ 17:48.90. L-ewwel l-atleta tal-Montenegro li rebħet ukoll l-10,000 metru iktar kmieni din il-ġimgħa. Giselle Camilleri fl-istess tellieqa spiċċat ir-raba’ f’ħin ta’ 18:04.53 

Deheb – Diane Borg fil-200 metru Nisa. Għelbet lill-atleta Ċiprijotta Papaionnau li magħħa kkontestat protest din il-ġimgħa fil-Finali tal-100 metru. Borg ħadet id-dehed u b’hekk kella tpattija sportiva illum. 

Deheb – 4 x 100 Nisa f’ħin ta’ 46.30. Ġrew għal Malta Martina Xuereb, Charlene Attard, Diane Borg u Rebecca Camilleri. 

Deheb 4 x 400 Nisa f’ħin ta’ 3:49.95. Ġrew għall-Malta Francesca Xuereb, Celine Pace, Nicole Gatt u Charlene Attard. 

Ritratti Roberto Runza www.robertorunza.com 

  

 

 

 

 





Leave a comment