- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tmiem drammatiku jagħti rebħa lil Hibernians

Posted By sportinmalta1 On January 8, 2018 @ 5:36 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 76

Hibernians 77

(16-23)(17-16)(18-18)(25-20)

Hibs għelbu lil Bupa Luxol 77-76 f’partita bi tmiem stupend u drammatiku fl-istess ħin fejn fl-aħħar ftit sekondi l-vantaġġ inbidel għal darba, darbtejn u saħansitra tlett darbiet b’Roderick Vella jagħmel il-basket tar-rebħa eżatt mat-tmiem. Żball minn fuq il-mejda meta ma twaqqafx l-arloġġ ħoloq konfużjoni u dan jikkonferma kemm l-uffiċjali tal-mejda għandom ikunu attenti sal-aħħar suffara. Luxol kellhom lil William Ahlberg nieqes fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Simon Attard u Kieron Caruana. Hibs fetħu tajjeb meta Alvaro Lizaur sab idejh mit-three point line u flimkien ma’ Luke Farrugia tawhom l-ewwel vantaġġ 9-4. Luxol kellhom risposta permezz ta’ Keith Dimech u Nicola Vasovic però Hibs għaqqdu run ta’ 10-0 b’aktar trippli minn Lizaur u Farrugia għal skor ta’ 19-10. Sa’ tmiem is-sessjoni ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin u Hibs temmewha fuq quddiem 23-16. Fit-tieni perjodu, reġa’ kien hemm bilanċ b’baskets u three pointers fuq kull naħa minn Vella u Vasovic. Hibs komplew b’seba’ punti mingħajr risposta għal vantaġġ ta’ 12 –il punt 37-25. Luxol irkupraw u kellhom it-trippli minn Jean Paul Schembri u Kyle Meyer biex fl-intervall Hibs kienu sitta minn fuq 39-33.

It-tielet sessjoni rat lil Pawlisti jiftħu vantaġġ massimu

Ritratt: Wally Galea

ta’ 15 –il punt 57-42 wara żewġ breaks qosra ta’ 7-0 u 9-0 fejn kellhom punti minn Chad Patus flimkien ma’ Lizaur u Anton Axiaq. Luxol però ma ċedewx u fl-aħħar ħinijiet kienu huma li għamlu run ta’ 9-0 b’żewġ baskets ta’ Dimech u trippla ta’ Schembri biex id-distakk reġa’ niżel għal sitt punti 57-51. Hibs fetħu l-aħħar taqsima bil-punti minn Axiaq li kellhu wkoll trippla però Luxol temmew ir-rimonta tagħhom wara break ta’ 7-0 bi trippla ta’ Dimech u għamlu l-iskor indaqs 62-62. Hibs reġgħu marru fuq quddiem bil-punti ta’ Lizaur, Farrugia u trippla ta’ Patus. Luxol irrispondew b’run ta’ 9-0 bil-punti ta’ CJ Cordina u Meyer u fallew ċans tajjeb wara azzjoni ta’ tlieta fuq tnejn. Hawn wasal it-tmiem drammatiku tal-partita fejn wara li Lizaur bi trippla naqqas id-distakk, Cordina kellhu free-throw biex poġġa lil Luxol 2 minn fuq 74-75. Mill-azzjoni ta’ wara l-ballun wasal għal darb’oħra għand l-Ispanjol li għamel three pointer ieħor u ħames sekondi mit-tmiem Hibs kienu 75-74 minn fuq. L-emozzjonijiet ma waqfux hekk kif reġa’ kien Cordina li għamel basket għal Luxol 76-75 però wara diskussjoni twila kien stabbilit li kien għad fadal żewġ sekondi biex tintemm il-partita. Roderick Vella rċieva l-ballun fil-half court difiż minn Luxol u b’veloċita liema bħala għamel il-lay-up tar-rebħa fost il-ferħ tal-players u l-partitarji tal-Hibs hekk kif huma ħadu r-rebħa 77-76.

Bupa Luxol: CJ Cordina 5, M. Sjoberg, N. Vasovic 7, JP Schembri 6, K. Dimech 21, K. Meyer 31, A. Micallef Trigona,  S. Cappello 6.

 

Hibernians: R. Vella 5, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 15, I. Bonnett 2, A. Axiaq 11, M. Matijevic 4, A. Lizaur 27, F. Mariani, C. Patus 13.

Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Tuomas Mantere.

Starlites GIG 66

Cynergi Depiro 72

(17-18)(13-11)(18-16)(18-27)

Dawn iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat u finalment kienu Depiro li għamlu dan b’rebħa ta’ 72-66 f’partita oħra kumbattuta. Starlites kienu għelbu lil Depiro 80-74 fil-logħob tas-Shield aktar kmieni fl-istaġun. Huma kellhom lil Robert Bonnici nieqes flimkien ma’ Mirco Azzopardi fil-waqt li Depiro kienu mingħajr Malcolm Mallia però kellhom id-debutt tal-aħħar akkwist tagħhom David Camilleri. Il-partita fetħet b’żewġ three pointers mill-Amerikani taż-żewġ naħat Mitchell Brewe u Dominic Scafidi. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u ħadd ma rnexxielhu jiftaħ vantaġġ. Starlites kellhom punti minn Shawn Pace u Alec Felice Pace flimkien ma’ Ryan Carabott fil-waqt li għal Depiro Scafidi kien l-aktar attiv flimkien ma’ David Bugeja. L-ewwel taqsima għalqet bid-Depiro punt minn fuq 18-17. Fit-tieni perjodu, Starlites marru fuq quddiem wara trippla ta’ Pace 22-19. Hawn Depiro wieġbu b’run ta’ 8-0 minn Bugeja u Nicholas Grech u reġgħu marru fuq quddiem. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Julian Wait u Brewe biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 30-29.

Wara l-intervall, Starlites kabbru l-vantaġġ b’żewġ trippli ta’ Felice Pace 36-31. Depiro kellhom mument tajjeb meta għamlu break ta’ 14-2 bi trippla ta’ Bugeja flimkien mal-punti ta’ Scafidi u kienu huma li marru minn fuq 45-38. Starlites irkupraw u temmew is-sessjoni bl-aħjar mod meta għamlu 10 punti mingħajr risposta u ħadu vantaġġ ta’ 3 punti 48-45. Fl-aħħar taqsima, Andrew Aquilina fetaħ b’żewġ three pointers għal Depiro li komplew b’run ta’ 12-4 hekk kif Brewe kellhu jinbidel wara injury. Id-dħul tal-Amerikan reġa’ ressaq lil Starlites viċin però Depiro żammew sod u kellhom il-punti finali minn Bugeja u Aquilina biex ħarġu rebbieha 72-66.

Starlites GIG: S. Pace 13, I. Felice Pace, A. Schembri 2, S. Borg, I. Pace, A. Felice Pace 15, R. Carabott 5, O. Psaila, N. Andrejevic, J. Wait 3, M. Brewe 28.

 

Cynergi Depiro: D. Bugeja 18. D. Camilleri 1, A. Aquilina 7, N. Grech 3, A. Attard, K. Xuereb 9, M. Borg, D. Scafidi 34.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Tuomas Mantere.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Bupa Luxol

4

2

2

6

367

321

Hibs

3

2

1

5

243

222

Gżira Athleta

2

2

0

4

168

154

Cynergi Depiro

3

1

2

4

211

244

Starlites

2

0

2

2

149

197


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tmiem-drammatiku-jaghti-rebha-lil-hibernians/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.