Tlugħ tal-poloz tal-Kampjonati BOV

Thursday, July 4, 2013, 9:47

Il-Malta Football Association tavża li se ssir konferenza stampa fil-‘Castille Meeting Room’ fis-7 sular tal-lukanda Excelsior, il-Floriana, is-Sibt 6 ta’ Lulju 2013, mid-9.30am ’il quddiem.

F’din il-konferenza, se jittellgħu l-poloz tal-Kampjonati BOV tal-MFA tal-Ewwel, it-Tieni u tTielet Diviżjoni, flimkien mal-poloz tal-kampjonati tan-nisa tal-Ewwel u tat-Tieni Diviżjoni.

Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv u Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali, tal-MFA, flimkien ma’ Michael Galea, Chief Officer tal-BOV, se jindirizzaw lil dawk preżenti qabel it-tlugħ talpoloz.

Il-klabbs u l-media lokali kollha mistiedna jattendu u jipparteċipaw f’din il-konferenza.





Leave a comment