Tlieta in fila għal Mauro Anastasi, Sue Abela tieħu lura t-titlu li tilfet fl-2018

Tuesday, June 11, 2019, 10:41

Anastasi beda  it-tielet ġurnata fit-tielet post wara Miguel Xuereb u Mark Spiteri, iżda wara tliet logħbiet kbar bi skors ta’ 234, 257 u 227 biex telgħa fuq quddiem, filwaqt li Spiteri pprova jżomm miegħu iżda Xuereb waqa’ lura.

Minn hemm, Anastasi baqa’ għaddej jżomm lil Spiteri ftit ‘il boghod u wara li ġab 243 fil-logħba ta’ qabel tal-aħħar, Spiteri ċeda u kellu jikkuntenta bit-tieni post. Kellna ġlieda ferm akkanita għat-tielet post bejn Dennis Mercieca u t-talent żagħżugħ ta’ 17-il sena Matthew Magro, b’Mercieca jirnexxielu jgħaddi lil Magro b’sitt pins biss hekk kif ġab double fl-aħħar frame tal-aħħar loghba. B’hekk Anastasi sar l-ewwel raġel Malti li rebaħ dawn il-kampjonati għall-ħames darbiet!

Fin-nisa, Abela għamlitha ċara mill-bidu nett tal-aħħar ġurnata hekk kif lagħbet 246 fl-ewwel logħba kontra 184 ta’ Cynthia Frendo Duca, li kienet fit-tieni post. Abela kompliet għaddejja tajjeb biex rebħet b’distakkk ta’ ikatr minn 200 pin, hekk kif lagħbet medja ta’ 216 fl-aħħar ġurnata. Frendo Duca u Tiziana Carannante kellhom taqtigħa tajba sal-aħħar għat-tieni post, iżda kienet Frendo Duca li żammet it-tieni post.

Abela u Anastasi issa se jirrapreżentaw lil Malta fit-Tazza taċ-Ċampjins Ewropej fit-Turkija fl-aħħar ta’ Ottubru.





Leave a comment