Tliet timijiet fil-quċċata

Tuesday, March 6, 2012, 21:14

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Starlites Sports Experience 24

Alyssa Ashley Loyola 84

(6-21)(7-12)(7-29)(4-22)

 

Luxol vs Depiro

Luxol vs Depiro

Friski mis-suċċess fuq ic-champions Luxol, Alyssa Ashley Loyola kisbu t-tieni rebħa fi spazju ta’ tlett ijiem meta għelbu lil Starlites Sports Experience 84-24. Loyola kellhom lil Kirsty Tonna u Sandra Schembri Wismayer nieqsa fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Dorien Jager u Christine Spiteri. Loyola fetħu tajjeb bi break ta’ 13-2 b’diversi punti minn Adalia Bonanno u Desarae Johnson b’Marylou Cutajar tagħmel il-basket ta’ Starlites. Wara basket ieħor minn Starlites, Loyola għamlu break ta’ 8-2 għal skor 21-6. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu xi ftit għalkemm Loyola għamlu break ieħor ta’  8-2. Starlites wieġbu b’basket ta’ Lyndsey Pirotta qabel ma Denise Hollier għalqet il-perjodu bil-Loyola 33-13 minn fuq.

Loyola bdew it-tielet sessjoni bi break ieħor ta’ 13-2 b’Johnson tibqa’ tispikka flimkiem ma’ l-ewwel punti ta’ Christina Grima. Pirotta għamlet trippla għal Starlites flimkien ma’ basket minn Christine Scicluna. Hawn pero’ Loyola għamlu break ieħor ta’ 12-0 għal skor ta’ 62-20. L-aħħar sessjoni kompliet bl-istess andament għalkemm Starlites fetħu bi trippla ta’ Charlotte Riolo. Hawn Loyola ħadu kontroll assolut tal-partita u għamlu run ta’ 20-1 biex rebħu l-partita 84-24.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 3, A. Grixti 1, S. Tabone 3, S. Cutajar, S. Davies 2, L. Pirotta 8, N. Attard 2, M.C. Cilia, C. Scicluna 2, M. Cutajar 3.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 3, C. Grima 4, J. Doughty 5, D. Hollier 14, A. Bonanno 12, A. Sciberras 13, S.J. Barbara 10, D. Johnson 23

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Honey Athleta 90

Phoenix Mendoza Qormi 44

(22-13)(21-5)(24-21)(23-5)

 

Honey Athleta rritornaw għar-rebħ meta għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika Phoenix Mendoza Qormi 90-44 għalkemm Phoenix kellhom l-aħjar prestazzjoni tal-kampjonat. Madeiline De Martino kienet nieqsa għal Athleta fil-waqt li Phoenix kienu mingħajr Carla Marie Vella u Lorna Mifsud. Il-partita fetħet bi trippli fuq kull naħa fejn Aleksandra Ratomska u Leanne Sciberras bdew għall-Athleta b’Carina Gauchi Meilak twieġeb għal Phoenix. Ann Camilleri wkoll għamlet trippla għal Phoenix b’Atheta jwieġbu bi break ta’ 10-4. Huma għalqu s-sessjoni b’5 punti oħra għal skor ta’ 22-13.Athleta fetħu qawwi fit-tieni sessjoni b’run ta’ 17-0 b’iktar punti minn Ratomska u Francesca Farrugia. Gauchi Meilak waqqfitilhom din ir-run bi trippla pero’ fl-intervall Athleta kienu 43-18 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda missielta tant li fiha saru 45 punt. Athleta żiedu l-vantaġġ wara baskets minn Farrugia u Claire Ciantar pero’ Gauchi Meilak kompliet twieġeb għal Phoenix. Il-partita għaddiet minn mument interessanti biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin qabel ma Athleta għamlu break qasir ta’ 9-2 biex rebħu s-sessjoni u temmewha 69-39 minn fuq. L-aħħar sessjoni reġgħat pero kienet dominata mil-players ta’Charles Bonnicili bdewha b’run ta’ 14-2 b’Ratomska tkompli żżid il-punteġġ tagħha. Phoenix setgħu biss jirrispondu bil-freethrows għal skor finali ta’ 90-44 favur Athleta.

 

Honey Athleta: A. Ratomska 28, C. Ciantar 11, L. Calleja 2, L. Sciberras 7, M. Azzopardi Duca 2, G. Muscat, R. Sciberras, F. Farrugia 15, K. Busuttil 11, C. Mifsud 10.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 4, V. Agius 3, F. Micallef 6, C.Gauchi Meilak 20, V. Mifsud Tommasi, M. Agius 3, N. Said, H. Potigny 5, A. Camilleri 3.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Luxol 64

McDonalds Depiro 53

(10-15)(23-13)(14-12)(17-13)

 

Ic-champions Luxol taw l-ewwel telfa fil-kampjonat lil Mc Donalds Depiro 64-53 biex issa fil-klassifika hemm tlett timijiet bl-istess numru ta’ punti. Luxol kienu bl-istess formazzjoni ta’ ħames t’ijiem ilhu. Depiro kellhom lil Edwina Vella mweġġa’ pero rkupraw lil Vontisha Woods fil-waqt li Joe Vella ħa postAdrian Mifsudli kien sospiż. Depiro fetħu bl-aħjar mod possibli, meta fl-ewwel sitt minuti għamlu disa’ punti mingħajr risposta. Luxol wieġbu bi trippli ta’ Beverlee Zammit u Mandi Sciortino biex b’Samantha Brincat u Steffi De Martino jagħmlu l-aħħar punti Depiro temmew is-sessjoni 15-10 minn fuq.  Luxol tjiebu fit-tieni sessjoni u b’żewġ trippli ta’ Sarah Pace ġabu l-iskor indaqs 20-20 wara li Brincat ukoll għamlet trippla. Depiro reġgħu marru minn fuq pero’ Luxol għamlu run ta’ 11-4 bi trippli ta’ Greta Zarb u Robin Murphy u fl-intervall kienu Luxol fil-vantaġġ 33-28.

Depiro naqqsu d-distakk fil-ftuħ tat-tielet sessjoni bil-punti ta’ Brincat u Woods li kellha partita kwieta.  Pace għamlet it-tieni trippla tagħha flimkien ma baskets minn Amelie Paul u Zarb biex Luxol kabbru l-vantaġġ għal 7 punti 47-40. Punti ta’ Sciortino raw id-distakk jikber għal 10 punti pero’ Depiro għamlu run ta’ 9-0 biex waslu punt ‘l bogħod 49-50. Zarb għamlet trippla oħra u għalkemm De Martino wieġbet għal Depiro, fl-aħħar minuta kien hemm sensiela ta’ freethrows minn Luxol permezz ta’ Pace u Zammit biex Luxol ħarġu rebbieħa 64-53.

 

Luxol: S. Pace 14, M. Sciortino 13, C. Boena Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 14, P. Ellul, R. Murphy 10, D. Muscat 1, A. Paul 2, B. Zammit 8.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud,J. Xuereb, S. Brincat 23, V. Woods 3, F. Biancho 3, T. De Martino, A. Borg 4, C. Sammut, M. Mifsud, S. Micallef 3, S. De Martino 17.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Alyssa Ashley Loyola

6

5

1

11

425

275

Luxol

6

5

1

11

438

297

McDonalds Depiro

6

5

1

11

383

291

HibsMelita  Gardens

6

3

3

9

383

262

Athleta

6

2

4

8

359

332

Starlites Sports   Experience

6

1

5

7

202

396

PhoenixMendoza  Qormi

6

0

6

6

154

491

 





Leave a comment