Tliet timijiet b’punti massimi

Wednesday, January 25, 2012, 8:14

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Alyssa Ashley Loyola  101

Phoenix Mendoza Qormi 14

(16-4)(29-7)(23-1)(33-2)

Luxol vs Athleta

Luxol vs Athleta

Alyssa Ashley Loyola kisbu t-tielet rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għat-tielet darba dan l-istaġun għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 101-14. Loyola kienu mingħajr Abigail Sciberras pero’ rkupraw lil Jean Doughty fil-waqt li għal Phoenix kienet nieqsa Vanessa Mifsud Tommasi. Sa’ mil-bidu nett tal-partita Loyola wrew il-qawwa tagħhom meta bdew bi break ta’ 12-0 qabel ma’ Vanessa Agius għamlet l-ewwel basket ta’ Phoenix fis-seba’ minuta. Loyola żiedu żewġ baskets oħra biex temmew is-sessjoni 16-4 minn fuq. Qormi bdew it-tieni sessjoni b’basket ta’ Helene Poutigny pero’ mbagħad sofrew l-insistenza ta’ Loyola li għamlu break qawwi ta’ 23-0. L-Amerikana Desarae Johnson sabet ħafna spazju flimkien ma’ Sandra Schembri Wismayer fost l-oħrajn biex fl-intervall Loyola kienu 45-11 minn fuq.

Wara l-mistrieħ il-partita baqgħet totalment f’idejn Loyola li bdew b’run ta’ 13-0 fl-ewwel ħames minuti. L-uniku risposta ta’ Phoenix ġiet minn freethrow ta’ Carla Marie Vella hekk kif sa tmiem is-sessjoni Loyola għamlu 10 punti oħra. Ir-raba’ perjodu fetaħ b’run oħra ta’ 19-0 minn Loyola. Wara li Fiona Micallef għamlet l-uniku basket ta’ Phoenix Loyola għalqu b’run ta’ 13-0 u b’basket ta’ Christina Grima qabżu l-mitt punt fi skor finali ta’ 101-14.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 6, C. Grima 17, J. Doughty 6, D. Hollier 14, A. Bonanno 5, J. Mangion 6, S. Schembri Wismayer 15, S.J. Barbara 4, D. Johnson 28.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela, V. Agius 2, F. Micallef 2, C.Gauchi Meilak 4, M.R. Agius, M. Agius, N. Said 1, D. Zammit, H. Poutigny 4, C.M. Vella 1, A. Camilleri, L. Mifsud

Referees: Jennifer Mangani, Robert Darmanin.

 

Luxol 71

Athleta 49

(19-10)(30-11)(18-3)(4-25)

 

Luxol kisbu rebħa oħra kontra Athleta meta għelbuhom 71-49 fil-kampjonat. Luxol kellhom lil Amelie Paul nieqsa fil-waqt li għal Athleta kienet nieqsa Marusca Azzopardi Duca. Il-bidu tal-partita kien kwiet bil-Luxol jieħdu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Becky Naudi 7-3. Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Mandi Sciortino fosthom trippla u temmew is-sessjoni 19-10 minn fuq. It-tieni perjodu fetaħ bi tlett baskets minn Luxol b’Leanne Sciberras u Aleksandra Ratomska jwieġbu għal Athleta b’din tal-aħħar tagħmel trippla. Pero’ f’nofs is-sessjoni Luxol bdew run ta’ 22-3 bi trippli ta’ Sciortino u Sarah Pace biex fl-intervall fetħu vantaġġ ta’ 28 punt 49-21.

Wara l-mistrieħ ir-risposta tal-Athleta ma waslitx u Luxol approfittaw b’run oħra ta’ 14-0 bi trippli ta’ Robin Murphy u Beverlee Zammit. Hawn waslet l-uniku risposta ta’ Athleta bi trippla ta’ Sciberras b’Zammit u Sciortino jagħlqu l-perjodu għal Luxol b’żewġ baskets oħra. Fl-aħħar sessjoni, l-coach ta’ Luxol Christoph Stolp serraħ il-players regolari tiegħhu u Athleta approfittaw meta għamlu break ta’ 18-0 biex ġabu l-iskor iktar rispettabli. Clementina Medina għamlet żewġ baskets għal Luxol li rebħu l-partita 71-49.

 

Luxol: S. Pace 5, M. Sciortino 18, C. Boena Medina 4, B. Naudi 8, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 10, P. Ellul, R. Murphy 18, D. Muscat 3, L. Vella, B. Zammit 5.

Athleta: M. De Martino 7, A. Ratomska 18, C. Ciantar 2, L. Calleja, L. Sciberras 20, R. Sciberras, F. Farrugia, K. Busuttil 2, C. Mifsud.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

 

McDonalds Depiro 66

Hibs Melita Gardens 63

(16-14)(21-19)(17-10)(12-20)

 

McDonalds Depiro kisbu rebħa ferm importanti kontra Hibs Melita Gardens bl-iskor ta’ 66-65 biex inagħqdu ma’ Loyola f’ras il-klassifika. Iż-żewġ timjiet ppreżentaw l-istess formazzjoni ta’ l-aħħar partiti. Depiro ma setax kellhom bidu aħjar meta fl-ewwel tlett minuti marru 12-0 minn fuq b’Samantha Brincat tagħmel żewġ trippli.  Hibs bdew iwieġbu bil-mod permezz ta’ Lena Gipson u Joselle Cardona biex sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk 16-14. Fit-tieni sessjoni ż-żewġ rivali baqgħu viċin xulxin għal ħin twil. Trippla ta’ Antoinette Borg kabbret il-vantaġġ ta’ Depiro 23-19 pero’ Gipson wieġbet bil-punti kontinwi tagħha. Depiro reġgħu fetħu distakk ta’ 7 punti pero’ qabel tmiem il-perjodu Kirsten Baldacchino għamlet trippla għal Hibs biex fl-intervall Depiro kienu 4 minn fuq 37-33.

Fit-tielet sessjoni Hibs waslu sa’ żewġ punti ‘l bogħod 37-39 pero’ Depiro wieġbu bil-punti ta’ l-Amerikana Vontisha Woods. Fl-aħħar ħinijiet Depiro għamlu break qasir ta’ 6-0 biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 54-43. Fl-aħħar perjodu Depiro dehru fil-kontroll tal-partita meta sal-ħames minuta kelllhom vantaġġ ta’ 14 –il punt 62-48. Pero’ l-Pawlisti għamlu rimonta bi break ta’ 15-2 fosthom trippla ta’ Bezzina biex minuta mit-tmiem punt biss kien jifred liż-żewġ timijiet 64-63 favur Depiro. Fl-aħħar sekondi Brincat għamlet żewġ free-throws bil-Hibs sorprendentement ma jagħjjtux time-out u Depiro ddefendew tajjeb fl-aħħar 4 sekondi u rebħu l-partita 66-63.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, M. Mifsud, S. Brincat 18, V. Woods 17, F. Biancho 6, T. De Martino 2, A. Borg 13, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef, S. De Martino 10.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 3, F. Mifsud, L. Bezzina 6, M. Desira 9, K. Gatt, N. Arrigo 5, K. Baldacchino 9, J. Cardona 2, L. Gipson 29.

Referees: Steve Gouder, Gordon Barbara

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Alyssa Ashley Loyola

3

3

0

6

221

130

McDonalds Depiro

3

3

0

6

185

146

Luxol

2

2

0

4

161

93

Hibs Melita Gardens

3

1

2

4

186

132

Athleta

3

0

3

3

170

207

Starlites Sports Experience

2

0

2

2

72

140

Phoenix Mendoza Qormi

2

0

2

2

27

174

 

 





Leave a comment