Tliet plejers Maltin fil-Major ta’ Bologna 2019

Wednesday, June 5, 2019, 14:54

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major ta’ Bologna fl-Italja.

Fil-ġurnata tas-Sibt kien hemm il-kompetizjonijiet tat-timijiet.  Dan it-turnament ġie merbuħ mit-tim Napoli Fighters li jilgħab miegħu l-plejer Malti Massimo Cremona.  Cremona kien plejer importanti f’dan it-turnament għax bis-sudden death goal tiegħu fis-semi finali kontra Reggio Emilia, wassalhom għall-finali. Napoli fighters rebħu l-finali kontra t-tim Grieg TSC Falcons Athens 2-1.

Il-Ħadd kien hemm il-kategoriji individwali.  Massimo Cremona lagħab fil-kategorija Open u wasal sal-kwarti tal-finali fejn tilef kontra Matteo Cicarellli 0-2.

Fil-kategorija tal-Veterani ha sehem Jason Pisani li wasal sal-aħħar sittax, fejn ġie eliminat bix-shots kontra Juan Carlos Granados 1-2, filwaqt li John Zammit inqala’ wara li għadda l-fażi tal-gruppi.  Zammit tilef konta Mauro Manganello 1-2 bis-sudden death.





Leave a comment