Tliet Miljun Ewro lill-Malta Football Association

Tuesday, December 17, 2013, 7:00

minn Catherine Micallef

TLIET MILJUN EWRO huwa l-fond li se jingħata mis-Segretarjat taż-Żgħażagħ u l-Isport lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol għal dawn l-4 snin li ġejjin.

Dan il-kuntratt ġie ffirmat it-Tnejn 16 ta’ Diċembru bejn is-Segretarju għaż-Żgħażagħ u l-Isport Dr. Stefan Buontempo u l-President tal-MFA Norman Darmanin  Demajo. Il-President tal-MFA stqarr li jinsab kuntent li b’dan il-fond jista’ jitkompla iktar xogħol ta’ infrastruttura sportiva f’pajjiżna u jitħaffef il-proċess ta’ klabbs li qed jistennew wieħed wara l-ieħor biex jinbeda xi ħaġa . Preżenti waqt din il-konferenza stampa kien hemm ukoll it-Teżorier tal-MFA Ivan Mizzi li tenna li s-somma ta’ infiq sa issa kienet dik ta’ 22 miljun ewro u fadal 6 miljun ewro oħra biex jitlesta x-xogħol li kien ippjanat u mwiegħed fil-manifest elettorali.

Dr Stefan Buontempo faħħar l-amministrazzjoni tal-MFA u stqarr li jieħu gost jaħdem ma’ assoċjazzjoni serja bħalma hi l-MFA. Dr Buontempo tenna kemm-il darba “Dan il-ftehim mhuwiex għall-MFA iżda għat-tfal tagħna …”

 

Finalment, bil-finali tal-Under 17 tournament li se jsir f’pajjiżna f’Mejju li ġej, fejn Malta se tkun qed tospita l-aqwa 8 timijiet fl-Ewropa (inkluż Malta) grazzi għall-infrastruttura ta’ grounds li għandna,  se jintradd lura xi ħaġa minn dawn il-flus lill-ekonomija ta’ pajjiżna hekk kif ma’ dawn iż-żgħażagħ li ġejjin jilagħbu f’pajjiżna, żgur li magħhom se jkun hemm għadd ta’ familjari u anki partitarji.

 

Dan is-sit jixtieq jawgura l-partita t-tajba lit-tim ta’ Malta ta’ taħt is-17-il sena li dan il-weekend se jkun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim Taljan u t-tim ta’ Catania ta’ taħt is-17-il sena ġewwa Sqallija.

 





Leave a comment