Tliet loghbiet ghal Borg fl-Ingilterra

Tuesday, August 1, 2017, 13:00

Main Tour tas-Snooker

Alex Borg bi tliet loghbiet ta’ kwalifikazzjoni din il-gimgha.
Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg din il-gimgha jkun impenjat fi tliet loghbiet ta’ kwalifikazzjoni f’turnaments differenti li huma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. Dawn il-loghbiet ser jintlaghbu gewwa Preston Guildhall fl-Ingilterra.
L-ewwel loghba ta’ Borg tkun ghada t-Tlieta kontra n-numru 25 fir-rankings mondjali Anthony Hamilton fl-Indian Open. Il-loghba t’ghada tibda fil-11.00am (hin ta’ Malta) u tkun l-ahjar minn 7 frames bir-rebbieh jghaddi ghall-fazi finali li tintlaghab gewwa l-Indja bejn it-12 u s-16 ta’ Settembru.
Il-Gimgha 4 t’Awwissu Borg jiltaqa’ kontra l-plejer numru 126 fir-rankings mondjali Peter Lines fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-European Masters. Din il-loghba tkun ukoll l-ahjar minn 7 frames u tintlaghab fis-2.00pm (hin ta’ Malta). Ir-rebbieh jghaddi ghall-fazi finali li tintlaghab gewwa Lommel fil-Belgju bejn it-2 u t-8 t’Ottubru li gej.
It-tielet loghba ta’ Borg tkun nhar il-Hadd 6 t’Awwissu fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-World Open bl-avversarju ta’ Borg ikun in-numru 8 fid-dinja Shaun Murphy. Din il-loghba tkun l-ahjar minn 9 frames u tintlaghab fit-8.00pm (hin ta’ Malta).  Il-fazi finali ta’ dan it-turnament tintlaghab gewwa Yushan fic-Cina bejn it-18 u l-24 ta’ Settembru li gej.
Alex Borg bhalissa jinsab fit-83 post fir-rankings mondjali.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com.





Leave a comment