Tlett timijiet fl-ewwel post

Friday, November 12, 2010, 10:14

minn Colin Schembri

File Photo by Malcolm Sammut

File Photo by Malcolm Sammut

KAMPJONAT NISA

Athleta 54
St. Andrews 33
(11-6)(8-14)(22-7)(13-6)

Athleta ħadu t-tielet rebħa tall-istaġun kontra. St. Andrews. Ir-rebħa mmaturat fit-tielet perjodu li Athleta rebħu 22-7 biex għamlu l-partita tagħhom. Athleta fetħu tajjeb biex marru 5-0 minn fuq. Wara basket ta’ Renette Magro, Athleta għamlu break ta’ 6-2 u sas-seba’ minuta kienu 11-4 minn fuq. Hawn il-punti waqfu u sat-tmiem is-sessjoni sar basket wieħed biss minn St. Andrews ghal skor ta’ 11-6. St. Andrews naqqsu d-distakk għal punt fill-ftuħ tat-tieni sessjoni għalkemm Leanne Sciberras bdiet twieġeb għall-Athleta. St. Andrews marru punt minn fuq fis-sitt minuta 18-17, vantaġġ li żammewh sall-mistrieħ 20-19.

L-ewwel nofs tat-tielet sessjoni kien monotonu b’żewġ baskets minn Athleta u ieħor minn St. Andrews. Hawn Athleta għamlu break ta’ 10-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 35-24. Wara basket u free-throw ta’ Elaine Cachia għall-St. Andrews, Athleta għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni u temmewha 41-27 minn fuq. F’nofs l-aħħar perjodu Athleta kienu 45-29 minn fuq u hawn għamlu break ta’ 9 punti mingħajr risposta u kabbru l-vantaġġ. L-aħħar punti tall-partita ġew minn żewġ baskets ta’ Josette Calleja għas-Saints biex Athleta ħarġu rebbieħa 54-33.

Athleta: R, Sciberras, D. Jaeger 7, L. Calleja 2, L. Sciberras 19, M. Azzopardi Duca, M. Azzopardi 1, R. Spiteri 4, C. Galea 7, F. Farrugia 15, K. Busuttil, C. Mifsud 4

St. Andrews: R. De Martino, J. Calleja 12, N. Scicluna, R. Magro 2, J. Mangion 2, E. Cachia 5, I. Galea, M. De Martino 12.

Referees: Alfred Carbonaro, Brian Sly

Guzelpinar Imtarfa 26
McDonalds Depiro 79
(4-14(4-18)(6-25)(12-22)

Il-partita bejn iż-żewġ timijiet ta’ Depiro spiċċat f’rebħa faċli għal McDonalds Depiro 79-26. Għal Guzelpinar Imtarfa ddebuttat Carla Marie Vella fil-waqt li Depiro kienu bill-formazzjoni tipika tagħhom. Depiro fetħu vantaġġ ta’ 3 punti 5-2 u żammewh sa nofs is-sessjoni qabel ma għamlu run ta’ 8-0 u temmew l-ewwel sessjoni 14-4 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet iddominata totalment minn Depiro. Huma approfittaw mill-10 turnovers li għamlu Mtarfa speċjalment fl-aħħar parti li għalquha b’run ta’ 12-0 fosthom żewġ trippli ta’ Sarah Pace biex fill-halftime kienu 24 minn fuq 32-8.

Fit-tielet sessjoni l-andament tal-logħba baqa’ l-istess bit-team tall-Imtarfa jżidu fit-turnovers tagħhom u Depiro japprofittaw b’run ta’ 15-4. Mtarfa wieġbu b’basket ta’ Graziella Santillo pero’ kienu Depiro li għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 10-0. Fl-aħħar perjodu Depiro bdew b’run ta’ 8-2 b’punti minn Kaila Agius biex f’nofs is-sessjoni kienu 70-19 minn fuq. Mtarfa għamlu tlett freethrows konsekuttivi pero Depiro għalqu l-partita b’run oħra ta’ 7-2 u ħarġu rebbieħa 79-26 u temporanjament telgħu waħidhom f’ras il-klassifika.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 6, D. Falzon 2, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 6, M. Mifsud 2, R. Sammut, N. Said 2, G. Santillo 2, C.M. Vella 2, M. Scicluna 1, G. Mifsud 2, A. Demanuele 7.

McDonalds Depiro: S. Pace 19, G. Zarb 7, J. Xuereb 4, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 1, J. Busuttil Gaerty 9, A. Borg 13, C. Sammut 2, E. Vella, S. Micallef 4, K. Agius 20

Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin

Starlites Sports Experience 40
Alyssa Ashley Loyola 49
(8-10)(10-12)(11-13)(11-14)

Alyssa Ashley Loyola żammew posthom wara l-ewwel tlett timijiet tal-klassifika b’rebħa oħra din id-darba kontra Starlites Sports Experience. L-ewwel sessjoni fetħet b’basket minn Abigail Sciberras bi Starlites iwieġbu b’ħames punti konsekuttivi inkluża trippla ta’ Lara Pisani. Loyola wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta u temmew il-perjodu basket minn fuq 10-8. Fill-ftuħ tat-tieni sessjoni iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’Ruth Spiteri tagħmel trippla għall-Loyola. Trippla oħra ta’ Pisani fir-raba’ minuta għamlet l-iskor indaqs 15-15. Loyola wieġbu b’run ta’ 7-2 bill-punti kollha jiġu minn Sciberras u fill-mistrieħ huma kienu 22-18 minn fuq.

Wara l-mistrieħ Loyola komplew ikabbru l-vantaġġ 27-20 bi Christine Spiteri twieġeb għal Starlites. Fis-seba’ minuta Loyola kienu 9 minn fuq 33-24 u għalkemm Charlotte Riolo għamlet trippla għal Starlites, fit-tmiem is-sessjoni Loyola kienu għadhom sitta minn fuq 35-29. Loyola fetħu l-aħħar perjodu b’run ta’ 6-0 li ġie mwaqqaf mit-tielet trippla ta’ Pisani għal Starlites. Id-distakk baqa’ konsistenti hekk kif Ruth Spiteri u Sammy Jo Barbara baqgħu jagħmlu l-punti għall-Loyola b’Riolo twieġeb għal Starlites. Sat-tmiem Loyola baqgħu jikkontrollaw biex ħarġu rebbieħa 49-40.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 6, A. Grixti 5, S. Tabone 2, L. Pisani 11, C. Spiteri 4, E. Iavarone, L. Pirotta, N. Attard, C. Scicluna, M. Cutajar 12.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 9, P. Montanaro, E. Falzon 2, M. Gatt 4, D. Hollier Said, R. Spiteri 9, A. Bonanno 4, G. Torpiano, A. Sciberras 15, F. Camilleri, S.J. Barbara 8, K. Gouder 2.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Luxol 40
Hibs Medsea 39
(10-10)(14-9)(7-12)(8-8)

Kellhu jkun basket ta’ Steffi De Martino fl-aħħar 4 sekondi li ta r-rebħa lill-Luxol f’dan il-konfront dirett li offra minn kollox speċjalment fl-aħħar ħinijet. Għall-Luxol kien hemm id-debutt tall-player Taljana Jessica Carbonell fill-waqt li għal Hibs irritornat Alexis Darmanin. Kif kien mistenni din il-partita rriżultat f’waħda close u nċerta sat-tmiem. Hibs fetħu bi trippla ta’ Kirsten Micallef bill-Luxol iwieġbu bill-freethrows u trippla ta’ Beverlee Zammit li poġġithom 8-6 minn fuq. Sat-tmiem is-sessjoni Hibs ippareġjaw fuq skor ta’ 10-10. Fill-ftuħ tat-tieni sessjoni, Luxol għamlu run ta’ 11-2 inkluża trippla ta’ Emma Moore u fis-seba’ minuta kienu 21-12 minn fuq. Hibs għamlu reazzjoni b’5 punti konsekuttivi pero’ trippla ta’ Zammit rat lill-Luxol jidħlu 5 punti minn fuq 24-19.

Wara l-mistrieħ, Hibs ħadu biss żewġ minuti biex ippareġjaw il-partita 24-24 bi trippla ta’ Lucienne Bezzina u basket ta’ Doreen Micallef. Luxol għamlu run ta’ 8-1 bi trippla ta’ Mandi Sciortino u marru 7 minn fuq 32-25 pero’ Hibs għalqu l-perjodu bi break ta’ 6-0 u d-distakk niżel għal punt 31-32. Bezzina poġġiet lil Hibs minn fuq bi trippla oħra pero Luxol reġgħu wieġbu bill-freethrows ta’ Carbonell u basket ta’ De Martino 36-34. Fill-ħames minuta trippla ta’ Micallef reġgħet poġġiet lil Hibs fuq quddiem 37-36.

Minn hawn il-quddiem ġara minn kollox. Freethrows ta’ Sciortino ġew imwieġba b’basket ta Joselle Cardona. Waslu l-aħħar 4 sekondi u Beverlee Zammit falliet tentattiv ta’ basket. Seħbitha Steffi De Martino ħadet l-offensive rebound u għamlet il-basket tar-rebħa. Hawn Hibs għajtu time-out b’Luxol jagħjjtu ieħor warajhom pero kienu diġa użaw it-tlett timeouts li kellhom. Hawn qamet ftit tall-konfużjoni hekk kif l-iscore-board kien qiegħed jimmarka li ħadu tnejn. Minkejja l-protesti vivaċi mill-bank tall-Hibs, l-uffiċjali iddeċiedew li l-partita titkompla u ntrebħet minn Luxol 40-39 pero Hibs ressqu protest immedjatament wara.

Luxol: E. Moore 5, M. Sciortino 7, L. Serge, B. Naudi, K. Portelli, S. De Martino 7, T. De Martino, P. Ellul, D. Muscat 4, J. Carbonell 7, E. Grech 1, B. Zammit 6

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar, M. Zammit, L. Bezzina 13, F. Tabone, D. Micallef 6, A. Darmanin 2, N. Arrigo, K. Micallef 14, J. Cardona 4, C. Schiavone Referees: Alfred Carbonaro, Brian Sly.

Klassifika Kampjonat Nisa

Team Loghob Rebh Telf Punti
Hibs Medsea 6 5 1 11
McDonalds Depiro 6 5 1 11
Luxol 6 5 1 11
Alyssa Ashley Loyola 6 4 2 10
Athleta 6 3 3 9
St. Andrews 6 1 5 7
Starlites Sports Experience 6 1 5 7
GuzelPinar Mtarfa 6 0 6 6




Leave a comment