Tlett timijiet b’ħames rebħiet

Monday, February 17, 2020, 22:21

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 105

Luxol 96

(23-20)(28-27)(21-19)(33-30)

Starlites GIG kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat kontra Bupa Luxol biex laħqu ll Gżira Atheta fit-tieni post. Il-partita kienet bilanċjata għal ħin twil għalkemm f’waqtiet Starlites bdew jibnu vantaġġi żgħar, Luxol baqgħu jitħabtu u kull darba jersqu viċin. Però l-aħħar run ta’ 12-2 fl-aħħar taqsima kienet deċisiva għax Luxol ma rnexxielhomx jirkupraw. Iż-żewġ timijiet fetħu l-partita bil-baskets tagħhom u bdew jirrispondu lil xulxin għal skor ta’ 10-10. Baskets minn Vukassin Jandrin u William Claiborne poġġew lill-vjola 5 minn fuq iżda qabel intemmet it-taqsima, Starlites kellhom 8 punti mingħajr risposta bi trippli minn Robert Bonnici u Ian Felice Pace biex dawwru l-iskor u temmew is-sessjoni 23-20 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Felice Pace għamel trippla oħra bil-Luxol jagħmlu l-iskor indaqs wara baskets minn Jandric u Keith Dimech. Trippla tal-Amerikan Robert Ahearn poġġiet lil Starlites minn fuq qabel ma Luxol għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 34-33 favurhom. Hawn Starlites għaqqdu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Bonnici u l-punti ta’ Konor Kulas u għalkemm Luxol kellhom risposta bi trippla ta’ Jandric, kienu Starlites li għalqu l-aħjar b’aktar three pointers minn Bonnici u Billy Zammit għal skor ta’ 51-47.

Fit-tielet taqsima Starlites bdew jibnu vantaġġ komdu b’runs qosra fejn Kulas daħal aktar fil-partita flimkien ma’ Ryan Carabott. Jandric baqa’ jżomm lil Luxol viċin u għamel żewġ trippli oħra qabel ma Starlites għamlu break ieħor ta’ 11-2 bi trippla ta’ Matthew Scerri. Luxol għamlu l-aħħar ħames punti tas-sessjoni, kollha minn Jandric għal skor ta’ 72-66. Fl-aħħar perjodu Lixol waslu sa’ basket ‘l bogħod però Starlites wieġbu b’run ta’ 12-2 bi trippla ta’ Alec Felice Pace u diversi punti ta’ Kulas speċjalment mill-offensive rebounds u ħadu vantaġġ ta’ 12 -il punt. Minkejja li Luxol komplew jitħabtu, Starlites kellhom aktar trippli li komplew isaħħulhom il-vantaġġ u għaqqdu l-mitt punt bil-free-throws ta’ Carabott u rebħu l-partita 105-96.

Starlites GIG: A. Felice Pace 7, B. Zammit 3, R. Bonnici 11, I. Felice Pace 16, M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri 9, R. Carabott 15, K. Kulas 33, R. Ahearn 11.

 

Luxol: J. Cefai, V. Jandric 37, K. Gauchi, E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici 3, JP Schembri 2, K. Dimech 13, I. Pace, W. Claiborne 29, , S. Cappello 12.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic

 

Hibernians 96

Depiro 88

(20-24)(23-20)(25-20)(28-24)

Hibernians pattew għat-telfa li ħadu fl-ewwel round kontra Depiro meta

Ritratt: Wally Galea

għelbuhom 96-88 biex telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika b’partita aktar mill-koppja Starlites-Athleta. Bħal partita ta’ qabilha, din ukoll kienet missielta u kien biss lejn it-tmiem li l-Pawlisti aċċertaw ruħhom mir-riżultat. Depiro fetħu bil-punti tal-Amerikani Quin Cooper u Cordarius Johnson bil-Hibs jirrispondu permezz ta’ Nik Vasovic u Chandler Rowe b’dan tal-aħħar jkollhu wkoll 17 -il rebound u 5 assists tul il-partita. Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ meta għamlu run ta’ 13-2 bi trippla ta’ Cooper qabel ma Jay Hardy għamel sitt punti konsekuttivi biex reġa’ naqqas id-distakk. Is-sessjoni għalqet bi trippla fuq kull naħa għal skor ta’ 24-20 favur Depiro. Fit-tieni perjodu kien hemm il-punti ta’ Kieron Caruana u David Bugeja però Depiro baqgħu fuq quddiem bi trippla oħra ta’ Johnson u Adam Chomo. Wara li Hibs irnexxielhom jippareġjaw fuq l-44 punt, iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin sa’ tmiem it-taqsima biex Depiro daħlu jistrieħu punt minn fuq 44-43.

Fit-tielet sessjoni Depiro kellhom it-trippli ta’ Nicholas Grech, Cooper u Johnson biex jirrispondu għall-baskets ta’ Hibs u baqgħu minn fuq. Lejn tmiem il-perjodu Hibs kellhom mument tajjeb b’run ta’ 13-2 bi trippla ta’ Bugeja biex ħadu l-vantaġġ u żammewh sat-tmiem 68-64. Fl-aħħar taqsima Depiro komplew jitħabtu biex isalvaw il-partita però qatt ma rnexxielhom jerġgħu jmorru minn fuq. Trippla ta’ Johnson naqqsitilhom id-distakk però Hibs kellhom il-punti kontinwi ta’ Bugeja u lejn it-tmiem għamlu wkoll break qasir ta’ 8-0 bejn Hardy, Rowe u Marco Matijevic. Depiro għalqu l-partita bi trippli ta’ Grech u Johnson però kienu Hibs li ħarġu rebbieħa 96-88 u ħadu l-ewwel post tal-klassifika.

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 23, K. Caruana 4, L. Farrugia, J. Hardy 20, I. Bonnett, N. Vasovic 10, A. Axiaq 7, M. Matijevic 9, M. Attard, C. Rowe 15, I. Demcesen 8.

 

Depiro: C. Johnson 27, Q. Cooper 25, J. Attard, D. Farrugia 4, N. Grech 8, K. Xuereb 12, M. Borg, M. Brincat 3, A. Chomo 6, A. Attard 3, T. Zammit.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Malek Hraisha, Ivica Simic

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibernians

8

5

3

13

686

633

Gżira Athleta

7

5

2

12

590

535

Starlites GIG

7

5

2

12

619

593

Depiro

7

2

5

9

623

653

Bupa Luxol

7

1

6

8

536

640

 





Leave a comment