- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tispikka Valletta v Birkirkara… jirritorna l-kampjonat Premier

Posted By Sportinmalta On January 7, 2011 @ 7:00 am In Featured,Football | 5 Comments

minn Caroline Attard

Wara l-waqfa qasira tal-Milied il-Kampjonat Premier jirritorna l-Ġimgha filgħaxija bit-13-il ġurnata.

Fl-ewwel partita li tintlgħab fil-Victor Tedesco Stadium, it-team ta’  Hamrun li kien impenjat fil-Malta Christmas Cup jospita lil Floriana. Dan il-konfront mistenni jkun mill-aktar emozzjonanti hekk kif attwalment iż-żewħ timijiet jinsabu fir-raba’ u l-ħames post tal-klassifika b’ Ħamrun igawdu punt vantaġġ.

Paul Zammit inkwetat bil-kundizzjoni ta' Cilia, Harding u Vukanac

Paul Zammit inkwetat bil-kundizzjoni ta' Cilia, Harding u Vukanac

Bla dubju l-aktar mistenni se jkun id-debutt tal-barranin Daniel Nwoke u l-bulgaru Dragomir Draganov li  iffirmaw kuntratt mal-Greens.

Iż-żewġ timijiet jinsabu għaddejin minn perjodu feliċi u ġejjin minn żewġ rebħiet kontra Marsaxlokk u Sliema rispettivament. Il-partita ta’ l-ewwel round kienet intrebhet mit-team ta’ Raykov bl-iskor ta’ 2-1.

Iżda jekk dawn iż-żewg timijiet għaddejjin minn mument tajjeb żgur mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Hibernians u Marsaxlokk li jiltaqgħu fil-konfront tas-Sibt fis-2pm. Il-Pawlisti li għadhom kisbu rebħa waħda biss kontra Floriana fid-debbutt staġjonali ġejjin minn telfa kontra birkirkara u din se tkun l-aħħar okkazzjoni għalihom li jibdew jakwistaw il-punti sabiex jevitaw ir-Relegation Pool.

Minn naha l-oħra it-team ta’ Patrick Curmi li ġej minn telfa kontra Floriana ilu hames partiti ma jirbaħ u minkejja li attwalment jinsabu fis-sitt post irridu joqodu attenti li ma jitilfux posthom mal-kbar. Jidebbutta max-Xlukkajri Ryan Darmanin li ġie akkwistat b’self mingħand Floriana sa l-aħħar tal-istaġun.

Għaldaqstant il-partittisima tal-ġimgha tlaqqa’  lil leaders Valletta li għadhom mingħajr telfa kontra iż-Champions Birkirkara. Attwalment Valletta għandhom total impressjonanti ta’ 30 punt u qed igawdu vantaġġ ta’ 7 punti fuq Tarxien li jinsabu fit-tieni post. Wara bidu diffiżli f’dan l-istaġun ikkaratterizzat anke minn bosta injuries Birkirkara rebħu l-aħħar konfront tagħhom kontra Hibernians u irnexxilhom jitilgħu fit-tielet post b’20 punt.

Trevor Cilia hu żgur barra minn dan il-konfront għaliex l-injury tiegħu tidher iktar gravi milli maħsub. Harding li sar magħruf li għandu problemi f’saħtu ukoll hu dubjuż.

Il-kampjonat Premier jikkonkludi l-programm tal-ġimgha fil-gurnata tal-Ħadd b’żewg konfronti oħra interressanti bejn Sliema-Vittoriosa u Tarxien-Qormi.

Il-partita tal-Ġimgha Floriana-Hamrun u l-partita tas-Sibt Valletta-Birkirkara se jixxandu b’mod esklussiv dirett fuq Malta Stars.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tispikka-valletta-v-birkirkara-jirritorna-l-kampjonat-premier/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.