Tispikka Valletta v Birkirkara… jirritorna l-kampjonat Premier

Friday, January 7, 2011, 7:00

minn Caroline Attard

Wara l-waqfa qasira tal-Milied il-Kampjonat Premier jirritorna l-Ġimgha filgħaxija bit-13-il ġurnata.

Fl-ewwel partita li tintlgħab fil-Victor Tedesco Stadium, it-team ta’  Hamrun li kien impenjat fil-Malta Christmas Cup jospita lil Floriana. Dan il-konfront mistenni jkun mill-aktar emozzjonanti hekk kif attwalment iż-żewħ timijiet jinsabu fir-raba’ u l-ħames post tal-klassifika b’ Ħamrun igawdu punt vantaġġ.

Paul Zammit inkwetat bil-kundizzjoni ta' Cilia, Harding u Vukanac

Paul Zammit inkwetat bil-kundizzjoni ta' Cilia, Harding u Vukanac

Bla dubju l-aktar mistenni se jkun id-debutt tal-barranin Daniel Nwoke u l-bulgaru Dragomir Draganov li  iffirmaw kuntratt mal-Greens.

Iż-żewġ timijiet jinsabu għaddejin minn perjodu feliċi u ġejjin minn żewġ rebħiet kontra Marsaxlokk u Sliema rispettivament. Il-partita ta’ l-ewwel round kienet intrebhet mit-team ta’ Raykov bl-iskor ta’ 2-1.

Iżda jekk dawn iż-żewg timijiet għaddejjin minn mument tajjeb żgur mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Hibernians u Marsaxlokk li jiltaqgħu fil-konfront tas-Sibt fis-2pm. Il-Pawlisti li għadhom kisbu rebħa waħda biss kontra Floriana fid-debbutt staġjonali ġejjin minn telfa kontra birkirkara u din se tkun l-aħħar okkazzjoni għalihom li jibdew jakwistaw il-punti sabiex jevitaw ir-Relegation Pool.

Minn naha l-oħra it-team ta’ Patrick Curmi li ġej minn telfa kontra Floriana ilu hames partiti ma jirbaħ u minkejja li attwalment jinsabu fis-sitt post irridu joqodu attenti li ma jitilfux posthom mal-kbar. Jidebbutta max-Xlukkajri Ryan Darmanin li ġie akkwistat b’self mingħand Floriana sa l-aħħar tal-istaġun.

Għaldaqstant il-partittisima tal-ġimgha tlaqqa’  lil leaders Valletta li għadhom mingħajr telfa kontra iż-Champions Birkirkara. Attwalment Valletta għandhom total impressjonanti ta’ 30 punt u qed igawdu vantaġġ ta’ 7 punti fuq Tarxien li jinsabu fit-tieni post. Wara bidu diffiżli f’dan l-istaġun ikkaratterizzat anke minn bosta injuries Birkirkara rebħu l-aħħar konfront tagħhom kontra Hibernians u irnexxilhom jitilgħu fit-tielet post b’20 punt.

Trevor Cilia hu żgur barra minn dan il-konfront għaliex l-injury tiegħu tidher iktar gravi milli maħsub. Harding li sar magħruf li għandu problemi f’saħtu ukoll hu dubjuż.

Il-kampjonat Premier jikkonkludi l-programm tal-ġimgha fil-gurnata tal-Ħadd b’żewg konfronti oħra interressanti bejn Sliema-Vittoriosa u Tarxien-Qormi.

Il-partita tal-Ġimgha Floriana-Hamrun u l-partita tas-Sibt Valletta-Birkirkara se jixxandu b’mod esklussiv dirett fuq Malta Stars.





5 Comments

  1. CLINTON says:

    eja whites ha nalmuwhom kif jintlghab il football il dawn it taparsi champions

    [Reply]

  2. Supporter Belti says:

    Today is the day of reckoning. Ejja halli nzommu
    l-appuntament u npattu ghall-ingustizzja ta’ kampjonat misruq
    is-sena l-ohra.

    [Reply]

  3. 19 il-leugue says:

    ejja whites ingallu l-kullhadd warajna.

    [Reply]

  4. Supporter Belti says:

    Forza Whites ha turuhom min huma l-vera champions tal-futbol Malti!

    [Reply]

  5. godfrey caruana says:

    b’team maghqud bhalma hu il-team tal-valletta fc m’ghandux ikun hemm sorprizi li it-3 punti ma jigux gol-kapitali,forza city u good luck u j’alla ikolna loghba sabiha kif jixraq lil-futball malti-good luck

    [Reply]

Leave a comment