Tislima lil Henry Calleja

Friday, December 7, 2018, 15:37
L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil ġurnlist veteran u eks President tagħha Henry Calleja li ħalla din id-Dinja aktar kmieni llum fl-eta ta’ 77 sena.
Calleja jibqa’ sinonimu mal-ewwel snin ta’ xandiriet tal-Isport permez tar-Rediffusion fis-snin sittin u aktar tard fuq Radju Malta. Hu kellu wkoll sehem fil-ġurnaliżmu stampat b’esperjenza fi ħdan bosta ġurnali lokali fosthom il-Ħajja, The Independent u aktar qabel fil-ġurnal The Bulletin.
Calleja kien kontributur ukoll f’bosta ġurnali u publikazzjonijiet fosthom in-Nazzjon. Kien preżentatur ta’ diversi programmi tal-Isport fuq Xandir Malta u aktar tard bħala PBS.
Henry Calleja kien wieħed mill-membri fundaturi tal-Għaqda Kittieba Sports fl-1970 fejn fost il-karigi li serva kien hemm il-kariga ta’ President bejn l-1987 u l-2003.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports is-sena li għaddiet ħatritu bħala wieħed mill-Presidenti Onorarji tagħha. Calleja kien ukoll fl-amministrazzjoni tal-Isport fejn għal xe snin kien rapreżentant tal-Għaqda Kittieba Sports fuq il-Bord fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport. Hu serva wkoll għal bosta snin bħala Segretarju Ġenerali tal-Club tal-waterpolo ta’ San Ġiljan.
L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-membri jagħtu l-kondiljanzi lil Familja Calleja.




Leave a comment