- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tirritorna l-Xterra Off-Road Triathlon

Posted By Sportinmalta On March 29, 2018 @ 10:10 am In Featured,Triathlon | No Comments

Triathlon skedata għall-Ħadd 15 ta’ April, b’parteċipazzjoni sostanzjali minn atleti professjonali minn madwar id-dinja.  Ġdida għal din is-sena ‘fun trail run’ ta’ 5.5 kilometru, u tellieqa għat-tfal nhar l-14 ta’ April .

Ir-raba edizzjoni tal-Xterra Malta Off-road Triathlon terġa tgħamel ritorn mistenni fuq il-ġzejjer Maltin nhar il-Ħadd 15 ta’ April, meta mitejn u sittin triatleta se jikkompetu fuq il-korsa eċċezzjonali fir-Riżerva Naturali tal-Majjistral.

L-ilmijiet ċari tal-bajja Golden Sands,  iż-żbuħja tat-trejqiet madwar l-irdumijiet tar-Rizerva u l-atmosfera l-organizzaturi joffru għal-ispettaturi, jagħmlu l-Xterra Malta waħda mill-aqwa tlielaq multisport fuq il-kalendarju lokali.

It-tellieqa tikkonsisti f’għawma ta’ 1.5 kilometru mqassma f’żewġ dawriet ta’ 750 metri,  dawra ta’ 30 kilometru għar-roti mountain, ukoll mqassma f’żewġ dawriet ta’ 15 il-kilometru li jgħaddu fil-mogħdijiet fit-tarf tar-Riżerva tal-Majjistral, filwaqt li l-ġirja ta’ 11km hija bbażata fuq rotta li fuq in-naħa tal-Ġnejna, bil-bajjiet ta’ Ġnejna u Riviera Martinique fl-isfond.

Xterra Malta, tifforma parti mill-kumpanija multisportiva Ewropea Xterra,  li hija preżenti f’16-il pajjiż u toffri l-ogħla kompetizzjoni kemm għal dawk l-atleti fuq livell professjonali kif ukoll dilettanti. Matul it-tmiem il-ġimgħa,  l-atleti ser jkunu jistgħu jikkompetu f’distanzi multipli għall-abbiltajiet  diversi u ser jkun hemm avvenimenti ukoll għall-familja kollha inklużi trail run u tellieqa bl-ostakli għat-tfal.

Atleti Professjonisti

L-edizzjoni tal-2018 mhux biss se tilqa grupp ikbar tal-kategorija Pro, iżda wkoll tilqa lura t-tliet rebbieħa, maskili u femminili, tas-sena l-oħra. Magħhom ser jinqagħdu atleti oħra li ser jerġgħu jigu lura Malta fuq dan iċ-ċirkwit. Roger Serrano (ESP), Brigitta Poor (HUN) se jirritornaw sabiex jippruvaw iżommu t-titli tagħhom, filwaqt li atleti bħal Maximilian Sasserath (GER), Francois Carloni (FRA), Helena Erbenova (CZE) u Nicole Walters (GBR) se jkunu qedin jippruvaw jiksbu riżultat aħjar minn dak miksub fl-2017.

Atleti Maltin

Tlettax-il atleta Maltin se jikkompetu fuq d-distanza sħiħa. Il-biċċa l-kbira ta ‘l-atleti qed jirritornaw fl-Xterra u jinkludu atleti bħal Danica Bonello Spiteri u Peter-Jan Grech li rreġistraw l-aħjar ħinijiet fost l-atleti Maltin fl-2017.  Erba’ atleti oħra se jieħdu sehem fid-distanza ta’ Sprint, filwaqt li tmien timijiet ta’ relay huma magħmulin minn atleti Maltin.

“It-Tim ta ‘Xterra Malta ħadem ħafna biex jara aktar Maltin jieħdu sehem u aħna kuntenti li naraw dan in-numru jikber bil-mod il-mod, speċjalment ma’ timijiet tar-relays. Nħossu li ir-relays huma introduzzjoni tajba għall-isport, peress li ħafna atleti li jieħdu parti fir-relays, is-sena ta’ wara normalment jieħdu sehem fit-tellieqa kollha,” spjega Nathan Farrugia, organizzatur tal- Xterra Malta. “Ninsabu kuntenti ħafna li naraw ħafna atleti li jirritornaw, speċjalment dawk il-ħbieb internazzjonali li jibqgħu jiġu lura Malta għal din it-tellieqa”.

Ir-rebbieħa tal-Gruppi tal-Età awtomatikament jikkwalifikaw għall-Kampjonati tad-Dinja Xterra li jsiru kull sena f’Maui, Hawaii f’Ottubru.

Ir-rotta ġiet iddisinjata biex tkun aċċessibli għas-spettaturi u l-organizzaturi jħeġġu lill-pubbliku ġenerali biex jiġu u jagħtu is-sapport lil-atleti.

Xterra Malta hija possibbli bl-appoġġ tal-Radisson Blu Resort, Cisk Excel, Garmin Malta, Credorax, Jeep, ProAction u The Cyclist. Nirvana Europe, SPR Travel, MIB Insurance, emvigee pr & marketing, Scouts, Red Cross Malta, Pulizija ta’ Malta, Kunsill Lokali ta’ Mġarr, Malta Youth Triathlon Academy, ERA, Kunsill Lokali tal-Mellieħa, Malta Mountain Bike Association, Birkirkara St Joseph Sports Club, Agones SFC, ARRTS Timing, Majjistral Park Management, Melfar, Mdina Glass, VAM, Popeye Village, BirdLife Malta, Mellieħa Holiday Complex u l-voluntiera kollha.

Xterra Malta se ssir nhar il-Ħadd 15 ta ‘April u se tibda bit-taqsima tal-għawm fil-Bajja ta’ Golden Bay fid-9: 30 ta’ fil-għodu.

Għall-iktar informazzjoni dward l- Xterra Malta Off-Road Triathlon żuru -

http://www.maltaxterra.com/ jew ibgħatu email fuq deirdre@maltaxterra.com

Skeda

Is-Sibt, 14 t’April

Xterra Fun Trail Run (5.5K) 

Reġistrazzjoni: 8am @ Radisson Golden Sands Ballroom

Bidu: 9.30am @ Scouts Area

Kull parteċipant jiġi notifikat bil-ħin uffiċjali u tingħata medalja lil kull atleta li jispiċċa il-korsa

Prezz: €15 kull persuna, reġistrazzjoni online

Xterra Kids Obstacle Course 

Reġistrazzjoni:9.30am @ Radisson Golden Sands Ballroom

Bidu 10.30am @ Scouts Area

Gruppi tal-Eta: 8-10 & 11-13

Tingħata medalja lil kull atleta li jispiċċa il-korsa

Prezz: Donazzjoni

Xterra Triathlon

Reġistrazzjoni 10am – 4pm @ Radisson Golden Sands Ballroom

Race Briefing – 4pm @ Radisson Golden Sands Ballroom

Il-Ħadd 15ta’ April 

Bidu tal-Xterra Triathlon @ 09.30 b’għawma (Golden Bay)

Tmiem it-tellieqa fil- Golden Sands Terrace għall-Pasta Party u għoti ta’premijiet.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tirritorna-l-xterra-off-road-triathlon-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.