Tintensifika ruħha l-ġlieda għall-post mal-aħħar erbgħa

Monday, March 13, 2017, 21:40

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 48

Starlites 40

(10-12)(13-11)(14-10)(11-9)

Depiro kisbu rebħa mportanti kontra Starlites biex issa qabżuhom fil-klassifika b’partita aktar. Din kienet ir-raba’ rebħa ta’ Depiro fil-kampjonat fejn il-coach Adrian Mifsud għaraf juża tajjeb players li s-soltu jkunu fuq il-bank bħal Mante Balzaraviciute u Justine Xuereb li kellhom partita posittiva. Starlites kellhom diversi players neqsin bħal Danielle Agius, Emma Magrin u Stephanie Davies flimkien ma’ Josephine Grima. Kienu Starlites li fetħu tajjeb meta bdew bit-three pointers minn Jean Doughty u Kristy Galea u marru 12-4 minn fuq. Sa’ tmiem il-perjodu Depiro rnexxielhom jagħmlu tlett baskets konsekuttivi minn Carlee Schumacher u Sam Brincat għal skor ta’ 12-10. Depiro ġabu l-iskor indaqs wara punti ta’ Brincat u Gaby Mifsud però Starlites reġgħu għamlu run ta’ 9-0 bi trippla oħra minn Galea. Depiro wkoll irrispondew bi break ta’ 9-0 kollha minn Brincat u Schumacher biex fl-intervall kien hemm parita 23-23.

Fit-tielet taqsima Depiro rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ għall-ewwel darba wara trippla ta’ Brincat. Starlites qatt ma rnexxielhom jerġgħu jmorru fuq quddiem hekk kif Depiro komplew is-sessjoni b’run ta’ 10-2 għalkemm qabel intemmet it-taqsima trippla minn Jaelle Micallef ressqet lil Starlites viċin 37-31. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin biex Depiro baqgħu 5 minn fuq. Punti konsekuttivi minn Schumacher kabbru l-vantaġġ ta’ Depiro għal 10 punti u minkejja l-isforzi tagħhom Starlites ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Depiro ħarġu rebbieħa 48-40.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, M. Balzaraviciute 5, S. Brincat 14, M. Bonett, N. Agius,  M. Scicluna, C. Schumacher 19, J. Xuereb 8, T. De Martino, C. Ciantar.

Starlites: J. Micallef 11, K. Galea 10, J. Doughty 3, K. Pirotta 1, J. Grima, P. Arguello 13, A. Micallef, S. Farrugia 2.

Referees: Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Miklos Rajczi.

Hibs 52

Caffè Moak Luxol 66

(12-16)(15-25)(13-9)(12-16)

Caffè Moak Luxol saħħew l-ewwel post tal-klassifika

Ritratt: Wally Galea

hekk kif huma għelbu lil Hibernians 66-52 u issa jinsabu tlett punti fuq Gżira Athleta b’logħba iżjed. Maria Said kienet nieqsa għal Hibs fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Steffi De Martino. Luxol kellhom l-ewwel żewġ baskets tal-partita minn Mandi Mercieca u Attirah Munir bil-Hibs jirrispondu b’sitt punti mill-Amerikana Trudy Armstead u Iona Agius. Luxol kellhom it-trippli minn Paula Ellul u Ina Baena Medina biex temmew l-ewwel sessjoni 16-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol ħasdu lill-avversarji meta kellhom run ta’ 11-0 b’żewġ trippli ta’ Ellul u punti ta’ Sarah Pace. Hibs waqqfuhom bi trippli minn Elena Cassar u Ema Micallef però Luxol għamlu run oħra ta’ 10-2 biex daħlu jistrieħu 41-27 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs irkupraw bil-punti konsekuttivi minn Armstead u kellhom break ta’ 9-3. Luxol finalment wieġbu permezz ta’ Munir u Pace biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 50-40. Fl-aħħar taqsima Julia Scerri u Armstead għamlu l-ewwel punti ta’ Hibs però Luxol kellhom run oħra ta’ 14-0 bi trippla ta’ Pace u l-punti ta’ Mercieca u Christina Curmi biex reġgħu marru 21 punt minn fuq 66-45. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Armstead u Cassar però servew biss biex Hibs inaqqsu d-distakk hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 66-52.

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 17, S. Gambino 5, I. Agius 2, K. Caruana, N. Vella, N. Farrugia, T. Armstead 21, J. Scerri 4.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 15, M. Mercieca 7, A. Munir 10, I. Baena Medina 7, K. Portelli, C. Sollami 2, P. Ellul 11, L. Caruana Montaldo, M. Darmanin, C. Curmi 14.

Referees: Stephen Micallef, Christine Farrugia, Miklos Rajczi.

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

11

9

2

20

667

609

Gżira Athleta

10

7

3

17

625

586

Depiro

11

4

7

15

594

626

Starlites

10

4

6

14

518

544

Hibs

10

2

8

12

552

591

 

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment