Tintemm l-ewwel fażi

Saturday, April 6, 2013, 15:59

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Ftit ġranet qabel ma jibdew il-playoffs, saru l-aħħar żewġ partiti mill-fażi regolari tal-kampjonat St. James Hospital tan-nisa. Honey Athleta kienu nvoluti f’żewġ partiti kontra Loyola u Starlites biex b’hekk kull team temm l-impenji tiegħhu. Fil-playoffs, ic-champions Luxol se jilgħabu kontra Hibs u Pavi Depiro kontra Alyssa Ashley Loyola. Il-play-offs jibdew Il-Ħadd 7 t’April 2013.

 

Honey Athleta 65

Alyssa Ashley Loyola 80

(10-18)(24-20)(11-20)(20-22)

 

Alyssa Ashley Loyola kisbu r-rebħa li kellhom bżonn biex jaċċertaw ruħhom mit-tielet post tal-klassifika u fil-playoffs jilgħabu kontra Pavi Depiro. Huma kienu mingħajr Emma Moore u Sammy Jo Barbara però b’wirja oħra tajba tal-Amerikana Brietta Thomas ħarġu rebbieħa 80-65. Huma bdew il-partita bi three pointers minn Jean Doughty u Thomas. Athleta bdew iwieġbu permezz ta’ Lonnecke Calleja qabel ma kien hemm il-punti ta’ Kristie Tonna għal Loyola. Thomas għamel trippla oħra qabel biex Athleta għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets għal skor ta’ 18-10. Athleta kellhom bidu tajjeb fit-tieni sessjoni u għamlu run ta’ 11-3 b’diversi punti minn Aleksandra Ratomska fosthom trippla biex ħadu vantaġġ ta’ basket 25-23. Punti minn Thomas u Martha Gatt reġgħu poġġew lil Loyola fuq quddiem biex sal-intervall huma kellhom vantaġġ ta’ 4 punti 38-34.

Wara l-intervall kompliet tkun Ratomska li żammet lil Athleta viċin. Il-punti kienu skarsi fl-ewwel minuti biex Loyola żammew il-vantaġġ 42-39 fil-ħames minuta. Loyola għaddew biex għamlu żewġ breaks ta’ 8-2 u 8-0 biex temmew is-sessjoni b’vantaġġ ta’ 13 –il punt 58-45. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni reġa’ kien hemm nuqqas ta punti għalkemm Thomas kellha żewġ trippli. Athleta kellhom break ta’ 8-0 biex waslu sa’ sitt punti taħt l-avversarji 63-69. Però fl-aħħar minuta u nofs, kienu Loyola li kellhom break ieħor ta’ 11-2 biex serrħu rashom mir-riżultat għal skor finali ta’ 80-65.

 

Honey Athleta: M. De Martino 4, A. Ratomska 34, J. Xuereb 2, L. Calleja 4, L. Sciberras 10, G. Muscat, E. Vella, R, Sciberras, S. Vella 2, C. Ciantar 4, C. Mifsud 5.

Alyssa Ashley Loyola: L. Pace, J. Doughty 12, M. Gatt 12, D.Said Hollier 4, K. Tonna 6, A. Bonanno 6, J. Mangion, P. Montanaro 7, B. Thomas 33, F. Camilleri.

Referees: Bernard Vassallo, Brian Sly

 

Honey Athleta 69

Starlites Sports Experience 43

(15-7)(12-14)(25-2)(17-17)

 

Fil-partita li għalqet l-istaġun regolari reġgħu kienu mpenjati Honey Athleta din id-darba kontra Starlites Sports Experience. Athleta rebħu din il-partita 69-43 u temmew l-istaġun tagħhom fil-ħames post tal-klassifika. Athleta kellhom nieqsa lil Edwina Vella u Starlites kienu mingħajr Amanda Farrugia, Christine Sammut u Sarah Galea u tmexxew minn Tino Riolo fin-nuqqas tal-coach Lawrence Deguara. Kif mistenni Athleta kellhom l-aħjar bidu u bil-punti ta’ Leanne Sciberras u Aleksandra Ratomska marru 11-2 minn fuq. Starlites wieġbu b’basket minn Marilou Cutajar u tgrippla ta’ Lindsey Pirotta għal skor ta’ 11-7. Sciberras għalqet il-perjodu bi trippla biex Athleta temmewh b’vantaġġ ta’ 8 punti 15-7. Fit-tieni sessjoni l-istorja nbidlet. Punti minn Pirotta, Cutajar u Ariana Grixti raw lil Starlites jagħqqdu break ta’ 14-2 biex ħadu vantaġġ ta’ basket 22-21. Kien biss lejn tmiem is-sessjoni li Athleta reġgħu marru fuq quddiem u sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 3 punti 27-24.

Wara l-intervall però Athleta ħadu l-partita f’idejhom kompletament. Huma llimitaw lil Starlites għal żewġ freethrows biss hekk kif fl-ewwel sitt minuti kellhom run ta’ 17-0 bil-punti ta’ Ratomska, Sciberras u Lonnecke Calleja. Wara l-freethrows ta’ Cutajar, Athleta reġgħu għamlu 8 punti oħra għal skor ta’ 52-26. Fil-bidu tal-aħħar taqsima, Starlites kellhom break qasir ta’ 7-0 bi trippla ta’ Stephanie Davies biex naqqsu xi ftit id-distakk. Athleta li kellhom diversi players minn fuq il-bank jilgħabu, rkupraw u wieġbu bi break ta’ 10-1 biex reġgħu żiedu l-vantaġġ tagħhom u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 69-43.

 

Honey Athleta: M. De Martino 2, M.C.Cilia 3, J. Xuereb 4, L. Calleja 7, L. Sciberras 14, A. Ratomska 23, G. Muscat 4, R, Sciberras 2, S. Vella 2, C. Ciantar 6, C. Mifsud 2.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 2, A. Grixti 6, S. Tabone 2, S. Cutajar, L. Pirotta 17, N. Attard 1,S. Davies 3, M. Cutajar 12.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Luxol

12

11

1

23

883

605

Pavi Depiro

12

10

2

22

879

600

Alyssa Ashley Loyola

12

8

4

20

823

730

Hibs

12

7

5

19

656

604

Honey Athleta

12

4

7

15

676

715

Starlites Sports Experience

12

1

11

13

469

781

Phoenix Petrus Pizza Qormi

12

1

11

13

561

912

 





Leave a comment